Il-Qarċilla 2023

- This event has passed.

Il-Qarċilla 2023
‘Kerha fin-nieqa, ħelwa fit-tieqa’ jgħid il-Malti, iżda x’jiġri jekk tibqa’ kerha anke fit-tieqa? Miskina Warda Kanta, ħajjitha kollha tiġġieled kontra l-preġudizzju tan-nies. Vera li kienet sinjuruna, iżda ħadd qatt ma ħabbha għal li hi, iżda biss għall-flusha. Issa li qabżet is-sebgħin sena, fl-aħħar sabet l-imħabba – il-ġuvni Alberto, mill-Arġentina.
F’dan il-jum ta’ ferħ matrimonjali stiednet lil kull min taf, anke lil Joey ‘Elvis’ Sultana, u Danny ’t-Thriller’ Bonnici, li kienu qasmulha qalbha fl-imgħoddi. Sa Dun Rokku Bugatti u l-Onorevoli Kurt Agius Micallef ġew jagħtu l-awguri! Kulħadd miġbur quddiem in-nutar Franġisk de BonBon sabiex jiddikjaraw imħabbithom u l-ġid komuni…kulħadd ħlief l-għarus li donnu ddawwar xi ftit.
U flimkien mal-Qarċilla, għal din l-edizzjoni speċjali ġewwa Spazju Kreattiv, sejrin tkunu tistgħu tassistu b’mod esklussiv għall-Qrejqċa – makkjetta Karnivaleska dwar il-ġrajja imwiegħra ta’ Warda Kanta sabiex takkumpanja l-Qarċilla!
Tim Kreattiv
Kitba
Alex Vella Gregory
Direzzjoni
Joseph Galea
Mużika
Albert Garzia
Atturi
Karl Schembri
Rachel Micallef
Stephanie Sacco
Fabio Mifsud
Sandro Vella
Nathaniel Galea
Patrick Tanti
Christine Francalanza
Matthew Balzan