Loading Events
  • This event has passed.

Prophecy

24 September 2019 - 29 September 2019

Dati u Ħinijiet: 

It-Tlieta, 24 ta’ Settembru, 2019 7.30pm
Il-Ħadd, 29 ta’ Settembru, 2019, 8;30pm

Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club)

Din hija esplorazzjoni intima rari ta’ pittura waħdanija taż-żejt u l-ewwel film maġġuri li jiżvela l-motiv u t-tekniki wara kull daqqa ta’ pinzell hekk kif l-artist ikun għaddej joħloq. L-udjenza ssib ruħha fil-moħħ ossessjonat tal-artist, u minn dak li jibda bħala tila vojta jiżviluppa f’pittura monumentali taż-żejt ta’ Peter Howson: PROPHECY.

Peter Howson, il-pittur tal-komiks oskuri minn Glasgow, jaħdem mill-immaġinazzjoni tiegħu u jikseb l-ispirazzjoni mill-inkwiet dinji, mit-twemmin reliġjuż u mill-mitoloġija. Bl-għajnuna ta’ tekniki tal-eroj tiegħu ‒ Goya, DaVinciu El Greco ‒ niskopru l-intenzjonijiet u d-diffikultajiet li jixprunawh sabiex joħloq din it-tpenġija tabilħaqq ambizzjuża, iddettaljata u mimlija ħila. Insegwu kull mument sakemm ix-xogħol fuq it-tila jinbiegħ ġewwa New York filwaqt li motion control rigs ta’ kwalità għolja ħafna jintużaw sabiex l-artist jiġi ffilmjat jaħdem, f’dan id-dokumentarju b’viżwali mill-isbaħ li jillumina d-dinja apokalittika ta’ Howson fi PROPHECY.

 

Creative Team
Charlie Paul (Direttur)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
85 minuta
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż
: