Loading Events
  • This event has passed.

Circuits – Kids Dig Science 2018/19

16 Frar 2019 @ 3:00 pm - 5:00 pm

Kids Dig Science hija kkoordinata mit-tim tal-Festival tax-Xjenza fi ħdan il-Kamra Maltija tax-Xjenzati. Dan l-istaġun, it-tim jerġa’ jiltaqa ma’ diversi xjenzati bil-għan li jsir jaf l-aħħar aħbar mill-oqsma kollha tax-xjenza, u sabiex dan jerġa’ jinħadem mill-ġdid għal tfal li għandhom ‘il fuq minn 6 snin. Din l-attività ġiet imfassla biex tispira lill-imħuħ żagħżagħ kurjużi, tħeġġeġ il-passjonijiet tagħhom u trawwem il-kreattività. Kids Dig Science hija tassew attivita’ perfetta għal dawk li dejjem qed ifittxu attivitajiet li jinkoraġixxu entużjażmu għal diversi suġġetti fit-tfal tagħhom.

 

Data u Ħin: Is-Sibt, 16 ta’ Frar 2019, 3pm – 5pm
Post: Studjows A & B, Spazju Kreattiv
Prezz: €6

Illum, kemm-il darba ħsibt fiċ-ċirkuwiti? Nimmaġina li ċ-ċirkuwiti tal-elettriku ma kinux l-ewwel ħaġa li ħsibt fihom dalgħodu. Iżda dawn jinstabu kullimkien, assolutament kullimkien. Fil-mowbajls, il-kompjuters, it-tablets, il-magni tal-ħasil, is-sistemi tad-dawl, il-karozzi … u l-lista tibqaʼ sejra.

 Issa, kieku kellek tqatta ftit ħin tirrifletti dwar iċ-ċirkwiti (kif għandhu jagħmel kulħadd) probabbli tikkonkludi li l-ġisem tiegħek wkoll huwa magħmul minn serje ta’ ċirkuwiti. Ħu pereżempju r-regolazzjoni tat-temperatura tal-ġisem din is-sistema taħdem permezz tal-kurrent, is-swiċċijiet, triggers u s-sensuri.

 Jekk xorta tirrifjuta li tagħti liċ-ċirkuwiti ir-rikonoxximent li jistħoqqilhom, iżda taħseb li t-tfal tiegħek se jgawdu attivita’ fejn jistgħu jikkontrollaw x’jagħmel il-kurrenti elettriku, ingħaqdu magħna fis-16 ta’ Frar fit-3pm, fl-iSpazju Kreattiv għal ġurnata mimlija divertiment.

Creative Team
Karen Fiorini (co-ordinator); Dr Edward Duca (science communications consultant); Sean Briffa (puppeteer and actor); Matthew Grech (hands on science experiments, games and crafts manager)

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
120 mins
Cert
6-13
Language
Ingliż