First European Cinema Art Day – Programm ta’ Films Qosra

Loading Events
  • This event has passed.

First European Cinema Art Day – Programm ta’ Films Qosra

9 October 2016 @ 5:00 pm - 6:30 pm

Ticket Information

€6 – €7
Adult
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Ċinema

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
n/a
Cert
n/a
Language
n/a

Data u ħin: Il-Ħadd 9 ta’ Ottubru 2016, 5.00PM
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)

flutter-wb

FLUTTER

Flutter hija storja fuq kif tlett irġiel jippruvaw jaċċettaw it-telfa ta’ mara li kienet bint, omm u maħbuba, u li ħalliet vojt kbir fil-ħajja ta’ dawn it-tliet karattri.

Elliot Cowan, li kiteb u dderieġa dan il-film, baqa’ msaħħar bis-sbuħija u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ Malti, meta qatta’ disa’ xhur f’pajjiżna bħala parti minn tim ta’ produzzjoni televiżiva barranija. Kien hawn illi bena relazzjoni mad-diretturi ta’ The Bigger Picture u Stargate Studios Malta, u flimkien ħadmu l-film qasir Flutter, li jwassal messaġġ ta’ maħfra u mħabba.

Duration: 20 mins
Cert: Kull età
Language: Ingliż

Maħdum minn: Elliot Cowan (auteur, produzzjoni), Matthew Pullicino & David Serge (produzzjoni eżekuttiva),  Maryfarbrother (DOP), Francis Ghersci (kitba), Justin Camilleri (editjar), Aleah Morrison & Matthew Wilcock (mużika)

Bil-parteċipazzjoni ta’: Jimi Busuttil, Marc Cabourdin, Audrey Harrison, Andrew Mallia

Din il-produzzjoni saret possibbli bl-għajnuna tal-Malta Film Fund.

bews-il-bahar-wb

BEW IL-BAĦAR

Bews il-Baħar huwa film qasir li jżewweġ il-fantażija mar-realtà tas-sajd. Meta jaħbtu ma’ maltempata huma u jistadu, sajjied żagħżugħ u missieru, jiddeċiedu li jkun aħjar jekk jirmiġġaw id-dgħajsa kemm jista’ jkun malajr. L-eqreb post inzerta kienet gżira iżolata, fejn jiltaqgħu ma’ żewġ tfajliet misterjużi…

L-istorja isseħħ tul il-kosta ta’ Malta, u hija mlibbsa b’xenarju realistiku, kultura, patrimonju u drawwiet tipiċi Maltin, filwaqt li hija mnebbħa mill-ħrejjef, leġġendi u mitoloġiji marbutin mal-baħar.

Duration: 7 mins
Cert: 12+
Language: Malti (b’sottotitli bl-Ingliż)

Maħdum minn: Nicole Cuschieri (direzzjoni, produzzjoni u kitba), Chris Galea (kitba), Martin Bonnici (DoP u editjar), Aleks Bundalo and Yasmin Kuymizakis (effetti tal-ħsejjes), Mario Sammut (mużika), Maria Muscat (kostumi), Karen Schembri Grima (mejkapp), Matthew Micallef (xenagrofija)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Chris Galea (Mikiel), Pierre Stafrace (Mikiel’s father), Kathleen Parsons (Sirena), Tia Reljic (Hadra)

Din il-produzzjoni saret possibbli bl-għajnuna tal-Malta Film Fund.

daqqet-ix-xita-2jpg

DAQQET IX-XITA

Iben baħri jgħix taħt il-ħakma t’ommu, ta’ zijuh, u tal-port li minnu ma jistax jaħrab.  Għalkemm mixrub minn kull ħeġġa, x-xewka tal-kuxjenza tiġbed lilu u lil ta’ madwaru, fi sqaq li ma jinfidx.  Film li jħabbat b’qalb imsewsa minn tmermir umduż, imnebbaħ kemm mill-istorja traġika ta’ Hamlet ta’ Shakespeare kif ukoll mill-ambjent tal-Belt Valletta.

Duration: 15 min
Cert: PG
Language: Malti (b’sottotitli bl-Ingliż)

Maħdum minn: Kenneth Scicluna (auteur), Neville Bone (produttur), Roderick Muscat Monsigneur and Malta Film Fund (produtturi eżekuttivi), David Pisani (DoP), Neville Attard (editjar), Ruben Zahra (mużika), Andrew Christie (awdjo)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Sean Decelis (it-tifel), Polly March (il-mara), Ilaria Falzon (it-tifla), Manuel Cachia (il-passiġġier), Chris Micallef (il-baħri) Marvic Xerri, Julian Debattista,  Mary Grech, Rina Camilleri, Jasmin Tenninger, Sean Christie, Jamie Fenech Williamson, Diana Bailey, Rita Borg, Dale Camilleri, Michael Camilleri, Melissa Cauchi, Charles Gauci, Rowen Muscat, Angela Persiano, Edwin Schembri

Din il-produzzjoni saret possibbli bl-għajnuna tal-Malta Film Fund.

 

the-maltese-fighter-wb

THE MALTESE FIGHTER

Fi żmien meta l-vjolenza politika kienet fl-eqqel tagħha, Carmelo, missier, armel u ġellied mill-Belt, jispiċċa jkollu jibda jaħdem għall-marmalja korrotta biex jipprovdi l-għajxien għal ibnu l-għażiż, Gużeppi.

Duration: 20 min
Cert: 16+
Language: Malti (b’sottotitli bl-Ingliż)

Maħdum minn: Arev Manoukian (auteur), Joshua Cassar Gaspar (storja u produzzjoni), Monika Maslowska (kitba), Carlo Trulli (produzzjoni eżekuttiva), Samuel Bisson (mużika), Matthew Taylor (ċinematografija), Will Cry (editjar)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Malcolm Ellul (Carmelo), Martin Farrugia (Mario), Nico Fenech (Giuseppe), Jimi Busuttil, Elliot Cowan, Elektra Anastasi, Peter Galea, Salvu Mallia, Polly March, Keith Richard, Nicovich Sammut

Din il-produzzjoni saret possibbli bl-għajnuna tal-Malta Film Fund.