Prestorjha

Prestorjha
Prestorjha hija wirja ta’ xogħol artistiku ġdid minn Enrique Tabone li jorbot direttament ma’ dak li l-artista bdiet taħdem fuqu fl-2019 bi tħejjija għall-wirja Art+Feminism li dehret fi Spazju Kreattiv f’Marzu tal-2020. It-tema torbot mal-figuri tan-nisa fl-arti tal-prestorja, partikolarment fil-gżejjer Maltin.
Hawnhekk insibu aċċenn qawwi fuq il-perspettiva femminili lejn xogħlijiet fil-ħaġar li normalment huma interpretati minn perspettiva maskili. Ix-xogħlijiet f’din is-serje jvarjaw minn xogħol strutturali b’materjal trasparenti li għalih hija magħrufa l-artista, sa xogħol ta’ video bbażat fuq performance privata, kif ukoll prints artistiċi ta’ studji għax-xogħol strutturali.
Dan kollu jorbot ma’ catalogue raisonneé, ippublikat f’edizzjoni limitata minn Kite Group, li jinkludi xogħol l-artista mill-2010 ’l hawn., kif dehru fil-Valletta Campus tal-Università ta’ Malta f’kollaborazzjoni mal-Istitut tal-Istudji Maltin fl-2022. F’din il-wirja u l-katalgu tagħha nsibu kontribuzzjonijiet tal-fotografi Alex Attard u Jean Marc Zerafa, xogħol diġitali minn Solid Eye, kif ukoll l-arkeoloġista Isabelle Vella Gregory u l-kuratur Toni Sant.
Artist: Enrique Tabone
Curator: Toni Sant
Collaborating artist: Alex Attard
Digital collaborators: Solid Eye
Photographer: Jean Marc Zerafa
Archaeologist: Isabelle Vella Gregory
Catalogue production: Kite Group