Pinocchio

Loading Events
  • This event has passed.

Pinocchio

25 September 2020 @ 7:30 pm - 9:35 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 22 September 2020 at 7:30 pm

One event on 25 September 2020 at 7:30 pm

One event on 27 September 2020 at 6:00 pm

One event on 30 September 2020 at 7:30 pm

One event on 4 October 2020 at 7:30 pm

One event on 10 October 2020 at 6:00 pm

F’din l-interpretazzjoni ta’ waħda mill-aktar ħrejjef ikoniċi u maħbuba madwar id-dinja, Matteo Garrone jirritorna fl-għeruq oriġinali tal-istorja ta’ Pinocchio. Garrone jikkrea dinja fantastika mimlija b’misteri u sbuħija, meħudha f’xi wħud mill-aktar postijiet sbieħ fl-Italja, u mżewwqa minn mumenti ħelwin, fuq tagħhom u xi kultant li jmissulek xi ftit qalbek ukoll.

Ir-rebbieħ tal- Academy Award Roberto Benigni jinterpreta l-parti ta’ Geppetto, il-kreazzjoni ta’ mastrudaxxa u naqqax anzjan li ħoloq dan il-pupazz. Iżda b’mod maġiku il-pupazz fuq tiegħu jibda jitkellem u jmixi, jiġri u jiekol bħal kull ġuvnott żgħir. Geppetto jsemmih Pinocchio u jrabbih daqs li kieku kien ibnu.

Iżda Pinocchio jsibha bi tqila li jkun ubbidjenti u f’malajr jitlef triqtu biex jabqeż minn żventura għall-oħra hekk kif iħalli lill-kreaturi imaġinattivi ta’ din id-dinja fanstastika jqarrqu bih u jispiċċa misruq, u jaħrab minn dak u mill-ieħor. F’tebqa’ t’għajn jispiċċa miż-żaqq ta’ ħuta kbira, għad-Dinja tal-Ġugarelli sal-Għelieqi tal-Mirakli.

Il-ħabiba leali tiegħu, il-Fatata Maġika, tipprova turih li l-ħolma aħħarija tiegħu, dik li jsir tifel tad-demm u l-laħam, ma tista’ qatt iseħħ jekk Pinocchio ma jbiddilx l-attitudni u l-imġieba tiegħu.

Dati u Ħinijiet

Is-Sibt, 12 ta’ Settembru 2020, 6.00pm
It-Tlieta, 22 ta’ Settembru 2020, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 25 ta’ Settembru 2020, 7.30pm
Il-Ħadd, 27 ta’ Settembru 2020, 6.00pm
L-Erbgħa, 30 ta’ Settembru 2020, 7.30pm
Il-Ħadd, 4 ta’ Ottubru 2020, 7.30pm
Is-Sibt, 10 ta’ Ottubru 2020, 6.00pm

Ticket Information

Adult
€7
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
€6
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Spazju Kreattiv Cinema

St James Cavalier
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
2h 5m
Cert
U
Language
Ingliż
: