Loading Events
  • This event has passed.

PGCert in Digital Curation: Curating in Contemporary Contexts

12 August - 7 September
Event Categories:

Ticket Information

Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Additional Information

Duration
N/A
Cert
N/A
Language
N/A

L-Università ta’ Salford, l-Iskola tal-Arti u l-Media, qed toffri kors postgradwatorju li jagħti numru ta’ krediti fil-Kurazija Diġitali, imfassal għat-tagħlim mill-bogħod onlajn u li jista’ wkoll jinkludi apprendistat professjonali ma’ Spazju Kreattiv f’Malta jew ma’ organizzazzjonijiet kulturali simili fi Greater Manchester. Il-kors se jdum tmien xhur (part-time) jew erba’ xhur (full-time) u jibda fl-aħħar ta’ Settembru 2020.

Il-programm ta’ studju se jesplora l-potenzjal tal-karriera għall-kurazija diġitali fil-kuntest tal-arti kontemporanja. Se jkollok l-opportunità li tiżviluppa ħiliet ġodda, filwaqt li tifforma l-metodoloġiji tiegħek stess ibbażati fuq għarfien u fehim avvanzat dwar l-aħjar prattiki fil-qasam, filwaqt li tesplora l-ħsieb kritiku u kollaborazzjonijiet kreattivi ġodda.

L-għalliema tal-kors se jaħdmu miegħek biex tiżviluppa proġett apposta. Se jkollok l-appoġġ minn, u se jkollok l-opportunità li taħdem ma’ firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet kulturali fir-Renju Unit u f’Malta, u se taħdem mal-kollezzjonijiet tal-arti tagħhom u mal-modi li dawn jiġu ppreservati u ppreżentati f’kuntesti kontemporanji, sabiex ittejjeb il-prospettivi tal-karriera futuri tiegħek.

Se jiġu pprovduti wkoll lezzjonijiet individwali jew fi gruppi żgħar professjonali, li se jiffokaw fuq il-fehim tal-oqsma legali, etiċi u ta’ sigurtà, kif ukoll fuq kif tiżviluppa l-profil professjonali tiegħek b’istruzzjonijiet diretti għal proġett potenzjalment imfassal għall-konsum pubbliku matul jew eżattament wara l-kors.

Dan il-kors huwa adattat għal dawk li għandhom esperjenza attiva fil-kurazija u/jew l-arkivjar diġitali. Huwa ideali għal kull min jixtieq jiżviluppa l-ħiliet tal-kurazija diġitali permezz ta’ xogħol prattiku b’kollezzjonijiet tal-arti kontemporanja. Il-parteċipanti għandu jkollhom interess fil-kurazija diġitali u fl-arti kontemporanja, flimkien mar-rieda li japplikaw il-proċessi tal-preżentazzjoni u d-dokumentazzjoni għal proġetti li jkunu qed jittellgħu. Dan il-kors huwa adattat ukoll għal dawk li studjaw jew ħadmu ma’ arkivji u li jistgħu juru interess b’saħħtu fl-arti kontemporanja.

L-applikazzjonijiet aċċettati huma soġġetti għal intervista. Il-Fondazzjoni Kreattività u l-M3P Foundation se jkunu qed joffru boroż ta’ studju kompetittivi għal proġetti li jaqgħu taħt l-ambitu tagħhom, għal studenti li jkollhom ittra ta’ aċċettazzjoni mill-Università ta’ Sanford.

Biex tapplika għal dan il-kors qasir postgradwatorju, jekk jogħġbok żur il–paġna ta’ informazzjoni dwar il-Kurazija Diġitali tal-Università ta’ Salford. Jekk jogħġbok ikkuntattjana b’xi mistoqsijiet fuq digitalcurationlab@salford.ac.uk

 

An info session will be taking place online on Thursday 20 August 2020 at 5pm CET.
You may connect to it by following this link.

 

Opportunitajiet għal Borża ta’ Studju

Wara li tapplika għal dan il-kors u tirċievi l-ittra li ġejt aċċettat/a mill-Università ta’ Salford, tista’ tapplika għal waħda mill-boroż ta’ studju offruti mill-Fondazzjoni Kreattività jew l-M3P Foundation, jekk inti eliġibbli. Nissuġġerixxu li tissottometti l-applikazzjoni tiegħek lill-Università ta’ Salford qabel nhar il-Ħadd 30 ta’ Awwissu 2020 biex tħalli biżżejjed ċans li l-applikazzjoni tiegħek tkun ipproċessata qabel id-data tal-iskadenza tal-applikazzjonijiet għall-borża ta’ studju, it-Tnejn 7 ta’ Settembru 2020. Nikkunsidraw l-applikazzjoni tiegħek għal borża ta’ studju wara li tkun ġejt aċċettat/a għall-kors mill-Università ta’ Salford.