
- This event has passed.
OSTRALE Biennale O19
3 July 2019 - 1 September 2019

Dati: L-Erbgħa, 3 ta’ Lulju – Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru, 2019
Post: Dresden, il-Ġermanja
It-tieni Biennale kif ukoll it-12-il OSTRALE se jkun iddedikat lit-tema “iżmu”.
Bħala parti mill-Biennale O19, din l-esibizzjoni deċentralizzata se tittella’ bejn il-11 ta’ Ġunju sat-8 ta’ Settembru 2019 f’istituzzjonijiet fi Dresden bħad-Dresden Foreigners’ Council e.V., Goethe-Institut Dresden, Memorial Bautzner Straße, Old Firestation Loschwitz | e. Art and Culture Association Dresden u art´SAP.
L-“iżmi” ġeneralment jintużaw bħala tagħlim, kuntrasti, kunċetti ta’ arti u valuri soċjali. Huma wkoll delimitazzjonijiet ta’ ideoloġiji oħrajn, dejjem magħmula mill-bniedem. Is-suġġett u l-perċezzjoni kollettiva huma marbuta flimkien mad-diskorsi attwali fl-arti. Hawn ukoll, il-media l-ġdida qed tippermetti li l-limiti jiġu ttestjati. Filwaqt li r-realtà diġitali u dik fittizja aktar kemm jgħaddi żmien aktar qed joħolqu distinzjoni mċajpra bejn il-proprja realtà u dak li hu fittizju, l-“iżmi” tradizzjonali qed jerġgħu jintużaw biex jappoġġjaw, jiddefendu u jagħmlu stabbli l-valuri u l-perspettiva dinjija tagħna.
X’inhi l-arti, x’tista’ tagħmel l-arti u, b’mod partikolari, x’inhi permessa li tagħmel l-arti?
Għandna nibdew nikkunsidraw attitudnijiet mill-ġdid, nużaw l-iżmu bħala diskussjoni u mentalità, nużaw il-kunċett usa’ tal-arti bħala destin universali tal-kreattività umana għall-oqsma kollha tar-realtà immedjata tal-“iżmu”?
Dawn huma l-artisti li ġew magħżula minn sejħa miftuħa u se jkunu qed jirrappreżentaw lil Spazju Kreattiv fl-OSTRALE Biennale O19 fi Dresden, il-Ġermanja.
- Alex Attard
- Austin Camilleri
- Darren Tanti
- Di Hu
- Enrique Tabone
- Lawrence Buttigieg
- Patrick Fenech
- Pierre Portell
- Ryan Falzon
- Vince Briffa