One in a Million (għall-iskejjel)

Loading Events
  • This event has passed.

One in a Million (għall-iskejjel)

22 Frar 2017 - 16 Marzu 2017

Bl-appoġġ tal-British Council (Malta), Spazju Kreattiv, u l-Kunsill Malti għall-Arti

It-Tlieta 7 Marzu 2017, 9:00 – 10:30am
L-Erbgħa 8 Marzu 2017, 9:00 – 10:30am
Il-Ħamis 9 Marzu 2017, 9:00 – 10:30am
It-Tlieta 14 Marzu 2017, 9:00 – 10:30am
L-Erbgħa 15 Marzu 2017, 9:00 – 10:30am
Il-Ħamis 16 Marzu 2017, 9:00 – 10:30am

Venue: Studjow A
Prezz: Dħul b’xejn

“Sib triqtek. M’għandekx għalfejn issegwi l-folla.”

– Linda Kranz

One in a Million huwa proġett li jrid jiżra’ fit-tfal il-mentalità li huma lkoll sbieħ, proprju għaliex huma uniċi, bil-modi kollha tagħhom. Hemm biss wieħed minnhom, u huma x’inhuma d-difetti u l-imperfezzjonijiet tagħhom, ma jistgħu qatt jiġu mqabbla mal-oħrajn.

Dan il-proġett kollaborattiv, viżiv u artistiku jixħet dawl fuq il-prinċipju tad-diversità b’referenzi għall-metafora tal-ħuta. Ispirat mill-kotba tat-tfal tal-awtriċi Linda Kranz,b’mod partikolari Only One You u You be You, One in a Million jinkoraġġixxi lill-parteċipanti żgħar sabiex jistmaw id-difetti tagħhom u japprezzaw dak kollu li jsawwarhom. Linda Kranz f’dawn iż-żewġ kotba tirrakkonta l-avventuri ta’ ħuta, li titħabat mal-kurrenti varji tal-baħar li tinsab fih. Il-baħar fond huwa simbolu ta’ dinja misterjuża – simbolu għall-ħajja, filwaqt li l-kurrenti jirrappreżentaw il-mumenti sbieħ u koroh tal-ħajja.

L-għalliema tal-arti għandhom l-opportunità li jattendu workshops flimkien mal-istudenti tagħhom, jew inkella jassistuhom fil-ħolqien ta’ biċċiet artistiċi fl-iskejjel rispettivi tagħhom billi jsegwu l-gwida intitolat How to Participate. Il-kotba ta’ Linda Kranz għandhom iservu kemm bħala ispirazzjoni kif ukoll punt ta’ tluq. Ix-xogħlijiet artistiċi kollha maħluqa mit-tfal se jkunu esebiti waqt Art of Piece, flimkien ma’ xogħlijiet oħra ta’ artisti lokali u internazzjonali rinomati. L-iskola bl-ikbar ammont ta’ parteċipanti se tirċievi vawċer ta’ €100, filwaqt li kull skola li tipparteċipa se tingħata kopja b’xejn tal-kotba You be You u Only one You.

Dan l-avveniment huwa miftuħ għall-iskejjel biss. Skejjel interessati huma mitlubin jimlew il-formola billi jagħfsu hawn.

Creative Team
Moira Agius (Kap), David Nyheim (Aġent Direttur, Artraker), Fabrizio Mifsud Soler (Kuratur, L-esebizzjoni Art of Peace)

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
90 mins
Cert
5-12
Language
n/a