Loading Events
  • This event has passed.

NT Encore: A Midsummer Night’s Dream

27 August 2020

Data u Ħin:
Il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu, 2020, 7.30pm

Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Prezzjiet:
Adulti: €12
Konċessjonijietgħall-istudenti u l-anzjani: €10
Tfal taħt 12-il sena: €5

Offerta:
3 biljetti: €30
3 biljetti (Konċessjonijiet):€25

NT: A Midsummer Night’s Dream
Ta’ William Shakespeare

‘The course of true love never did run smooth’

Re u Reġina ninfi tal-foresta li jinsabu miġġildin jiltaqgħu ma’ erba’ maħbubin maħruba u truppa atturi li qed jippruvaw jipprattikaw biex itellgħu dramm. Hekk kif jikber id-diżgwit bejniethom, il-koppja rjali maġika tibda tindaħal f’ħajjet dawn in-nies, li twassal għal trijangoli ta’ mħabba, identitajiet żbaljati u trasformazzjonijiet… b’konsegwenzi tad-daħk iżda pjuttost oskuri.

L-aktar kummiedja romantika famuża ta’ Shakespeare se tixxandar live mill-Bridge Theatre f’Londra. Gwendoline Christie (Game of Thrones), Oliver Chris (Green Wing, NT Live: Young Marx), David Moorst (NT Live: Allelujah!) u Hammed Animashaun (The Barber Shop Chronicles) imexxu l-kast fil-partijiet ta’ Titania, Oberon, Puck u Bottom.

B’direzzjoni ta’ Nicholas Hytner, il-produzzjoni ta’ A Midsummer Night’s Dream se tibni fuq is-suċċess immersiv ta’ Julius Caesar (NT Live 2018). Il-Bridge Theatre se jsir foresta – dinja tal-ħolm ta’ ninfi jtiru, ċpar kontaġġuż u tbaħrid fid-dawl tal-qamar, imdawwar b’udjenza li ssegwi l-azzjoni bil-pass.

Ticket Information

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Venue Information

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Additional Information

Tul ta' Ħin
madwar 180 minuta
Ċert
12A
Lingwa
n/a