Not Just The City – Documenting the Gozo Residencies (2016 – 2018)

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Not Just The City – Documenting the Gozo Residencies (2016 – 2018)

30 November 2018 - 10 February 2019

Bla Ħlas

Dati u Ħijiet: Il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru 2018 – Il-Ħadd 10 ta’ Frar 2019
Post: Spazju B, Spazju Kreattiv
Prezz: Bla ħlas

Bejn l-2016 u l-2018, il-Fondazzjoni Kreattività u l-Fondazzjoni Valletta 2018 ikkollaboraw flimkien fuq programm internazzjonali ta’ residenzi tal-artisti bbażati fl-Għarb, Għawdex.

Dawn kellhom l-għan li jsaħħu d-diversità kulturali fi ħdan ix-xena kreattiva nazzjonali, b’mod partikolari tal-ġżira oħt ta’ Malta, filwaqt li jinkoraġġixxu interazzjonijiet produttivi bejn persuni kreattivi internazjonali u lokali, persuni kreattivi internazzjonali u komunitajiet lokali kif ukoll ambjenti fiżiċi u virtwali.

27 proġett minn 38 artist mill-Ġermanja, l-Istati Uniti, l-Eġittu, Franza, il-Kanada, l-Iżrael, il-Pakistan, l-Iżvizzera, il-Greċja, l-Awstralja u l-Ġordan, fost l-oħrajn, ġew magħmula fl-ambjent remot u relattivament rilassanti tal-Għarb.

Not Just The City turi parti mix-xogħol magħmul ’il bogħod mill-‘Belt’, eżattament fil-ponta l-aktar ’il bogħod fil-Majjistral tal-Gżejjer Maltin.

Din l-esibizzjoni qed tittella’ fi żmien ta’ bidla, fejn il-programm ta’ artisti f’residenza għal Fondazzjoni Kreattività fl-2019 se jiżviluppa f’kollaborazzjoni mal-Valletta Design Cluster, flimkien ma’ msieħba kollaborattivi oħrajn.

 

Avvenimenti Relatati: 

The Procession of Disappearance – Film Premiere

Not Just The City – Artists’ Residencies Panel Discussion & Exhibition Tour

 

Dettalji

Bidu:
30 November 2018
Tmiem:
10 February 2019
Prezz:
Bla Ħlas
Event Categories:
,

Venue

Spazji
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Cert Kull età
Language Ingliż
Keywords Artists' Residency, Gozo
Creative Team Ann Laenen u Justin Galea