Loading Events
  • This event has passed.

Nightly Met Opera Streams

24 March - 19 July

Ticket Information

Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Additional Information

Duration
N/A
Cert
N/A
Language
N/A

Matul dan iż-żmien diffiċli u straordinarju, il-MET timmira li ddawwal ħajjet l-udjenza tagħha anka f’dan iż-żmien mudlam.  Ser ikunu qed joffru xandira ta’ Opera mis-serja Live in HD bla ħlas fuq il-websajt tagħhom.  Kull xandira ser tkun aċċessibbli għal perjodu ta’ 23 siegħa mis-7:30pm EDT sas-6:30pm tal-għada.  L-iskeda ser tinkludi uħud mill-aħjar ‘performances matul dawn l-aħħar 14-il sena ta’ trażmissjonijiet lejn iċ-ċinemas, u juru uħud mill-ifjen kantanti tal-opera.

It-trażmissjonijiet ser ikunu disponibbli ukoll mill –Met Opera On Demand apps għall-Apple, Amazon u Roku, kif ukoll Samsung Smart TV.  Biex taċċesshom mingħajr ma tidħol f’kont/profil, agħfas “Browse and Preview” fl-apps fuq it-TV u “Explore the App” fuq tablets u mowbajls.

Għal aktar informazzjoni ara l-websajt tal-Met Opera  

 

Attivitajiet għal din il-ġimgħa:

It-Tnejn, 13 ta’ Lulju – Puccini’s Manon Lescaut

 

It-Tlieta, 14 ta’ Lulju – Verdi’s La Traviata

 

L-Erbgħa, 15 ta’ Lulju – Puccini’s Turandot

 

Il-Ħamis, 16 ta’ Lulju – Berg’s Wozzeck

 

Il-Ġimgħa, 17 ta’ Lulju – Rossini’s La Cenerentola

 

Is-Sibt, 18 ta’ Lulju – Mozart’s Le Nozze di Figaro

 

Il-Ħadd, 19 ta’ Lulju – Puccini’s La Bohème

 


Xandiriet Passati:

It-Tlieta, 24 ta’ Marzu Das Rheingold ta’ Wagner Immexxija mill-kunduttur James Levine, jieħdu sehem Wendy Bryn Harmer, Stephanie Blythe, Richard Croft, Gerhard Siegel, Dwayne Croft, Bryn Terfel, Eric Owens, u Hans-Peter König. Kienet ġiet imxandra b’mod dirett fid-9 t’Ottubru, 2019.

L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu – Die Walküre ta’ Wagner Immexxija mill-kunduttur James Levine, jieħdu sehem Deborah Voigt, Eva-Maria Westbroek, Stephanie Blythe, Jonas Kaufmann, Bryn Terfel, u Hans-Peter König.  Kienet ġiet imxandra b’mod dirett fl-14 ta’ Mejju, 2011.

Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu – Siegfried ta’ Wagner Immexxija mill-kunduttur Fabio Luisi, jieħdu sehem: Deborah Voigt, Hunter Morris, Gerhard Siegel, Bryn Terfel, u Eric Owens. Kienet ġiet imxandra b’mod dirett fil-5 ta’ Novembru, 2011.

Il-Ġimgħa, 27 ta’ MarzuGötterdämmerung ta’ Wagner Immexxija minn Fabio Luisi, jieħdu sehem Deborah Voigt, Wendy Bryn Harmer, Waltraud Meier, Jay Hunter Morris, Iain Paterson, Eric Owens, u Hans-Peter König. Kienet ġiet imxandra b’mod dirett fil-11 ta’ Frar 2012.

Is-Sibt, 28 ta’ Marzu Die Meistersinger von Nürnberg ta’ Wagner Immexxija mill-kunduttur James Levine, jieħdu sehem starring Annette Dasch, Johan Botha, Paul Appleby, u Michael Volle. Kienet ġiet imxandra b’mod dirett fit-13 ta’ Diċembru, 2014.

Il-Ħadd, 29 ta’ Marzu – Tannhäuserta’ Wagner Immexxija mill-kunduttur James Levine, jieħdu sehem Eva-Marie Westbroek, Michelle DeYoung, Johan Botha, Peter Mattei, u Gunther Groissböck. Kienet ġiet imxandra b’mod dirett fil-31 t’Ottubru, 2015

It-Tnejn, 30 ta’ Marzu – Dialogues des Carmélites ta’ Poulenc Immexxija mill-kunduttur Yannick Nézet-Séguin, jieħdu sehem Isabel Leonard, Adrianne Pieczonka, u Karita Mattila. Kienet ġiet imxandra b’mod dirett fil-11 ta’ Mejju, 2019.

It-Tlieta, 31 ta’ Marzu – Il Barbiere di Siviglia ta’ Rossini Immexxija mill-kunduttur Maurizio Benini, jieħdu sehem Joyce DiDonato, Juan Diego Flórez, u Peter Mattei. Kienet ġiet imxandra b’mod dirett fl-24 ta’ Marzu, 2007

L-Erbgħa, l-1 t’April – Nixon in Chinata’ John Adams Immexxija mill-kunduttur John Adams, jieħdu sehem Janis Kelly u James Maddalena. Kienet ġiet imxandra b’mod dirett fit-12 ta’ Frar, 2011.

Il-Ħamis, 2 t’April – Don Carlo ta’ Verdi   Immexxija mill-kunduttur Yannick Nézet-Séguin, jieħdu sehem Marina Poplavskaya, Roberto Alagna, Simon Keenlyside, u Ferruccio Furlanetto. Kienet ġiet imxandra b’mod dirett fil-11 ta’ Diċembru, 2010.

Il-Ġimgħa, 3 t’April – Les Pêcheurs de Perles  ta’ Bizet. Immexxija mill-kunduttur Gianandrea Noseda, jieħdu sehem Diana Damrau, Matthew Polenzani, u Mariusz Kwiecien. Kienet ġiet imxandra b’mod dirett fis-16 ta’ Jannar, 2016.

Is-Sibt, 4 t’April – Macbeth ta’ Verdi Immexxija mill-kunduttur Fabio Luisi, jieħdu sehem Anna Netrebko, Joseph Calleja, Željko Lučić, u René Pape.  Kienet ġiet imxandra b’mod dirett fil-11 t’Ottubru, 2014

Il-Ħadd, 5 t’April – Norma ta’ Bellini Immexxija mill-kunduttur Carlo Rizzi, jieħdu sehem Sondra Radvanovsky, Joyce DiDonato, Joseph Calleja, u Matthew Rose.  Kienet ġiet imxandra b’mod dirett fis-17 t’ Ottubru 2017.

It-Tnejn, 6 t’April – Aida

Bla dubju waħda mill-iktar opera popolari u eċċitanti, it-traġedja immortali ta’ Verdi dwar it-trijanglu ta’ mħabba fl-Eġittu tal-qedem twassal passjoni u tnassis, daqskemm twassal qsim il-qalb.  Il-karattri, li jinkludu s-sabiħa prinċipessa Etjopjana, bint ir-re tal-Eġittu u l-kmandant gustuż maħbub mit-tnejn, kif ukoll ix-xenarju spettakolari jgħollu dan ix-xogħol fuq livell grandjuż.  

It-Tlieta, 7 t’April –  La Fanciulla del West

Għalkemm inqas famuża mis-suċċessi l-kbar ta’ Puccini, dan it-tribut għall-Punent Amerikan mimli azzjoni, li ddebutta internazzjonalment mal-MET fl-1914, huwa daqstant ieħor prominenti.  Il-mużika mqanqla u evokattiva tiġbor perfettament is-sensazzjoni tal-era fil-minjieri magħrufa bħala l-Gold Rush – l-isfond ideali għall-brigant b’ilsien taz-zokkor biex isir iħobb is-sid ta’ bar b’vuċi soprana kbira u b’qalb tad-deheb. 

L-Erbgħa, 8 t’April – Falstaff

Verdi lesta l-aħħar opera sublimi tiegħu meta kellu kważi 80 sena, billi kkonkluda l-karriera għammiela tiegħu bl-adattament żieni ta’ xeni minn The Merry Wives of Windsor u Henry IV ta’ Shakespeare.   Il-farsa operatika klassika tiegħu tinkludi l-isforzi ta’ suldat li jara biss il-flus hekk kif jipprova jisseduċi żewġ nisa miżżewġin li rriżultaw f’falliment katastrofiku umoristiku.  Il-mużika min-naħa l-oħra hija impressjonanti għall-aħħar, turija tat-talent kbir u intuwizzjoni profonda tal-umanità.  

Il-Ħamis, 9 t ‘April – Parsifal

Ix-xogħol epiku ta’ Wagner dwar il-missjoni tal-eroj innoċenti sabiex jirkupra l-Holy Grail, jirrikjedi stamina inkoparabbli mill-kantanti, mill-kunduttur kif ukoll mill-udjenza.  Ta’ dan, il-premju jkun bla dubju l-esperjenza profonda permezz tal-mużika eżuberanti u l-wirja mqanqla psikoloġika.  Is-sett post-apokaliptiku tal-MET jistabbilixxi lil François Girard bħala wieħed mid-diretturi prominenti tal-ġenerazzjoni tiegħu ta’ Wagner. 

Il-Ġimgħa, 10 t’April – Roméo et Juliette

Bl-istess intensità ta’ moviment u qsim il-qalb daqs l-oriġinali ta’ Shakespeare, l-opera ta’ Gounod tirrakkonta wieħed mill-iktar mumenti famużi tax-xogħol teatrali akkumpanjata mill-ifjen mużika indimentikabbli.  Il-maħbubin sfortunati fiċ-ċentru tal-istorja għandhom mhux inqas minn erba’ dwetti; il-kuraġġjuż Mercutio ħabib ta’ Romeo jikkonkludi l-ewwel att b’rendizzjoni dwar ir-reġina Mab; kif ukoll il-waltz irreżistibbli li għalih tidħol Juliet jispjega saħansitra sagrifiċċji kbar li jsiru f’isimha. 

Is-Sibt, 11 t’April – Don Pasquale

Suċċess fenomenali sa mid-debutt fl-1843, il-kummiedja ta’ Donizetti tirrakkonta l-ġrajja taż-żwieġ tal-buffun xwejjaħ ma’ armla intelliġenti li tiddominah ma’ kull ċans li jkollha.  Din l-opera, li tieħu mill-istil bel canto, tesibixxi diversi melodiji mill-isbaħ tal-kompożitur, u saret ukoll waħda mill-favoriti mal-kantanti baxxi li jingħatalhom l-unur tal-karattru titulari. 

Il-Ħadd, 12 t’April – Così fan tutte

L-aħħar kollaborazzjoni ta’ Mozart mal-librettist Lorenzo Da Ponte, din il-kummiedja eżuberanti dwar manjieri u morali tirrakkonta l-kunċetti żbaljati dwar il-fedeltà tan-nisa b’riżultat fallut komiku għall-aħħar.  Il-kompożitur jinkludi għanjiet meraviljużi akkumpanjati mill-orkestra eċċezzjonali, filwaqt li d-direzzjoni fuq il-palk ta’ Phelim McDermott iddaħħalna fl-ambjent ta’ Coney Island fis-snin tal-ħamsinijiet hekk kif toffri laqta komika mhux tas-soltu għal dan ix-xogħol spettakolari.  

It-Tnejn, 13 t’April – Rusalka

Is-sisien tal-opera Ċeka. Il-laqta melodika u oskura ta’ Dvořák fuq il-ġrajja Slava antika dwar ninfa tal-ilma li ssir tħobb uman iddaħlet fir-repertorju fl-1901.  Fid-deċenji riċenti kienet saret komuni mas-soprani onorati bil-karattru titulari u l-kanzunetta meżmeranti Song to the Moon fl-ewwel att. L-akbar sfida aktarx huwa t-tieni att silenzjuż fejn Rusalka, mgħomija bl-imħabba, tpartat leħinha lil saħħara għall-opportunità li ssir umana.

It-Tlieta, 14 t’April – Boris Godunov

Spiss ikkunsidrata bħala l-kapolavur tal-kompożitur minkejja li kienet soġġetta għal iktar minn reviżjoni waħda minn numru ta’ suċċessuri famużi (fosthom Rimsky-Korsakov u Shostakovich, li ħafna mill-modifiki tagħhom m’għadhomx relevanti għall-istil tal-llum). L-opera storika ta’ Mussorgsky tkopri l-perjodu mqalleb bejn il-ħakmiet tal-bidu tas-seklu 17 fir-Russja, meta r-Re, ibnu u pretendent Pollakk kienu qed jippruvaw jirbħu l-poter.  L-opera li rriżultat hija kompletament affaxxinanti: opportunità kolossali għal stilla baxx b’reċtar fuq il-livell ta’ King Lear, kast eċċezzjonali ta’ iktar minn tużżana rwoli prinċipali, flimkien ma’ xena ta’ inkurunazzjoni bla paragun fir-repertorju. 

L-Erbgħa, 15 t’April – La Rondine

Imħajjar minn grupp ta’ diretturi Awstrijaċi biex jikkomponi operetta Vjenniża fl-istil ta’ Léhar ispirata mis-suċċess kbir ta’ Der Rosenkavalier ta’ Strauss (ser tkun fl-iskeda ta’ din il-ġimgħa wkoll), Puccini kiteb l-iktar opera leġġera tiegħu għall-benefiċċju ta’ dawk li jogħġobhom divertiment inqas peżanti.  Minkejja dan, it-tmiem ma tiddiskrivihx bħala ferrieħi imma għall-inqas il-protagonista, mitlufa wara raġel li jdur ma’ ħafna nisa mimli tilja dejn, ma tmutx. Puccini iqajjem din il-ġrajja billi jagħtiha laqta elevata fl-isfond ta’ Pariġi u r-Riviera Franċiża – flimkien ma’ taħlita ta’ siltiet indimentikabbli li jinkludu Chi il bel sogno di Doretta,” maħsuba kemm għal sopran u anka għal tenur.

Il-Ħamis, 16 t ‘April – Le Comte Ory

Farsa Franċiża ta’ Rossini li ma tantx tissemma – iddebuttat mal-MET fl-2011 u reġgħet ittellgħet sentejn wara, tibqa’ waħda mill-kapolavuri tal-kompożitur.  Bl-isfond tal-kruċjati fis-seklu 13 f’Touraine, l-opra tirrakkonta l-ġrajja ta’ konti mhux rispettuż li jilbes ta’ soru (flimkien mal-qaddej tiegħu) biex ikunu jistgħu jistaħbew f’kunvent fejn kien hemm Adèle, kontessa eżemplari.  L-umoriżmu jissokta daqskemm jissoktaw uħud mill-iktar siltiet orkestrati b’mod intelliġenti – li jinkludu trijo b’saħtu li jisfida n-normi tal-ġeneru u jinvolvi: raġel liebes ta’ mara, mara liebsa ta’ raġel u mara sinjura liebsa ta’ Madre. 

Il-Ġimgħa, 17 t’April – Madama Butterfly

Il-produzzjoni sublimi ta’ Anthony Minghella – li ingħatat it-tabella ta’ klassika mal-ewwel, meta ddebuttat mal-MET fl-2006 – tipprovdi sfond evokattiv għal din it-traġedja dwar Ġappuniża sinjura imma innoċenti hija u tistenna r-ritorn tal-logotenent Amerikan tagħha.  Ta’ min jinnota viżwali simboliċi ċentrali għal dan ix-xogħol li jagħtu ħjiel tal-kulutra Ġappuniża filwaqt li jagħmlu unur lill-dan il-kapolavur f’nofs il-karriera ta’ Puccini. 

Is-Sibt, 18 t’April – Adriana Lecouvreur

Opera grandjuża, din l-espożizzjoni ta’ Cilea tikkonċerna l-istilla-attriċi Pariġjana tas-seklu 18 li ssir tħobb lill-Konti fqir ta’ Sassonja bil-konsegwenza li tiġi vvalenata minn bukkett ward vjola mingħut mir-rivali tagħha fil-kamp romantiku, il-Prinċipessa ta’ Bouillon.  Din il-melodrama tiżvolġi permezz tal-mużika passjonata li tikkonkorri mal-istil tal-bidu tas-seklu 20 bit-tradizzjoni tal-verismo.

Il-Ħadd, 19 t’April – Der Rosenkavalier

Wara li skandalizza x-xena tal-opra b’Salome u Elektra – koppja li jikkaraterizzaw b’mod psikoanalitiku eroini mill-Bibbja u mitoloġija Griega – Strauss ikkompona din il-kummiedja moderna li ntlaqħet tajjeb ħafna.  Ix-xogħol, li jsegwi skappaturi u taħwid romantiku bejn numru ta’ karattri aristokratiċi, jippreżenta l-imħabba, ix-xenqa u n-nobbiltà minn żewġ lentijiet: It-tfittxija u s-sejba ta’ wieħed innifsu huwa u jikber vs l-għerf li ġġib magħha l-età; kif ukoll l-adrenalina li ġġib magħha it-tfittxija ta’ sewqat ġodda vs. sagrifiċċju nobbli għall-ġid komuni.  Il-mużika tuża varjetà tikka orkestrali li ssir marka tax-xogħol matur ta’ dan il-kompożitur filwaqt li Robert Carsen jibqa’ mfakkar għad-deċiżjoni li jibdel l-isfond ta’ vjenna tas-seklu18 għall-aħħar snin grandjużi u dfortunati tal-Imperu Awstro-Ungeriż.

It-Tnejn, 20 t’April – Elektra

Fl-1909, mhux iktar minn ħames skin minn wara li skandalizza l-komunità kulturali bl-opera evokattiva Salome, iż-żagħżugħ Richard Strauss reġa’ ixxukkjhom  b’din il-laqta psikoanalitika ta’ Sophocles dwar ix-xewqa tal-prinċipessa minn Mycenae fil-Greċja l-antika sabiex tassassina lil missiera Agamemnon.  Itir ix-xrar meta tikkonfronta lill-membri tal-familja tagħha, u l-mużika tkexkex tirrikjedi kantanti kapaċi jikkompetu mal-ikbar orkestra fir-repertorju meqjus normali.

It-Tlieta, 21 t’April – Tosca

L-aħħar thriller operetiku ta’ Puccini jdur madwar kast ta’ karattri mhux tas-soltu li jinkludu; diva devota tal-opera, artist u ribelli politiku, u kmandant tal-pulizija sadist.  Minkejja dan ix-xenarju, din l-opera mhux biss tkun ta’ suċċess imma tirrifletti uħud mill-iktar kitba vivida u drammatika realista ta’ Puccini.  Il-produzzjoni stupenda ta’ Sir David McVicar, li rat id-debutt tagħha mal-MET fl-2018, tirrikrea lil Ruma ta’ madwar 1800 fil-glorja kollha tagħha. 

L-Erbgħa, 22 t’April –Les Contes d’Hoffmann

Trittiku operetiku ibbażat fuq fuq l-istejjer ta’ E.T.A. Hoffmann, dan il-kapolavur ta’ Offenbach lejn tmiem il-karriera tiegħu jittratta t-tliet imħabbiet ta’ poeta li jitqiesu bħala temi ħfief tal-fantasija mal-ewwel daqqa t’għajn, li jitqalu sa tmiem is-serata. Kienet kisbet suċċess fix-xena tal-opera komika PAriġjana meta ddebuttat fl-1881. Tliet kantnanti meraviljużi jinterpretaw il-maħbubin karatrri ta’ Hoffman.

Il-Ħamis, 23 t ‘April – The Merry Widow

Dan ix-xogħol intellettwali ta’ Franz Lehár, il-gran duka tal-opera minn Vjenna tal-bidu tas-seklu 20, jintlaqa’ tajjeb ħafna u tibqa’ ssaħħar bit-tiżwiq tal-politika Balkana, valzijiet pjaċevoli, żeffiena tal-can-can, kif ukoll l-għanja tant maħbuba kantanta mill-karattru titulari dwar Vilja – karattru mitoloġiku Slav.  Din-il-produzzjoni bl-Ingliż tal-MET tiġbor kast stupend magħruf fix-xena tal-opera u ta’ Broadway.  

Il-Ġimgħa, 24 t’April – La Traviata

L-irwol titulari kemxejn peżanti ta’ din it-traġedja ta’ Verdi li titratta nobbli u ammiratriċi li tmut bil-mod il-mod minħabba l-esaġerazzjoni, jirrikjedi sopran stupenda li tkun tibrilla kemm bil-vuċi tagħha u kemm bit-talenta tad-drama.  Bħall-eroj, l-opera tgħaddi minn medda ta’ emozzjonijiet, li jvarjaw minn kanzunetti ħfief waqt ix-xorb għal uħud mill-iktar xogħol pikkanti tal-kompożitur.  Il-produzzjoni ta’ Willy Decker tieħu mis-simboliżmu modern u viżwali b’saħħithom li jintimaw iż-żebliħ tan-normi tas-soċjetà. 

Is-Sibt, 25 t’April – La Cenerentola

Ġrajja eterna kantata fi stil bel canto.  Il-laqta ta’ Rossini tal-istorja ta’ Ċiklemfusa toffri l-opportunità f’waqtha sabiex televa mezzo-sopran virtużika mill-faqar għar-rikkezzji. Però, f’din ir-rendizzjoni, il-karatrri sekondarji jistagħnew daqsha.  Il-Prinċep ta’ Ċiklemfusa, missierha ar-rispett, u l-qaddej tal-prinċep għandhom kanzunetti memorabbli u jingħaqdu għal kanzunetta oħra li tistagħna l-kumpilazzjoni.  La Cenerentola, kapolavur vivaċi, jirnexxielha tagħti l-ħajja lil numru ta’ karattri minn din il-ħrafa. 

It-Tnejn, 27 t’April – Anna Bolena

Donizzetti kiteb tliet opri fantastiċi matul perjodu kreattiv ta’ seba’ snin, triloġija li tiżvela konfoffi qalb l-ogħla klassijiet u l-monarki Tudor fis-seklu 16. Dawn it-tlieta rarament jiġu ppreżentati wara xulxin jew fl-istess staġun, minħabba x-xogħol kbir involut biex tinkiteb il-mużika għall-kantanti, għalkemm kien hemm xi ftit eċċezzjonijiet fl-istorja. Is-sopran f’din l-opra laqgħet l-isfida li tinterpreta l-ewwel parti tawwalija dwar Anne Boleyn; f’din it-triloġija, it-tieni mara tar-re magħruf għan-numru ta’ żwiġijiet li kellu; u tingħaqad ma’ kast ta’ karattri storiċi li reġgħu ingħataw il-ħajja għall-palk operatiku.

It-Tlieta, 28 t’April – Maria Stuarda

Każ prim ta’ stil ta’ kant bel canto, din it-tieni traġedja ta’ żmien il-ħakma tal-monarkija Tudor, tirrakkonta l-istorja ta’ żewġ irġejjen – Mary, Reġina tal-Iskozja u kuġintha għajjura għaliha, Ir-Reġina Eliżabbetta l-Ewwel – li t-tnejn li huma kellhom ħarsithom fuq il-kuruna Ingliża.  It-tmiem tal-ewwel att nassistu għal battalja bejn iż-żewġ primadonni li jsaħħru l-udjenza bit-talent vokali tagħhom.  Opra li mhux ta’ min jitlifha għal min togħġbu l-vuċi femminili, dal-kapolavur ta’ Donizetti jintlaqa’ tajjeb ferm ukoll mill-ammiraturi tal-istorja hekk kif titratta avvenimenti reali li iffurmaw il-gżejjer Brittaniċi.

L-Erbgħa, 29 t’April –Roberto Devereux

FL-istaġun 2015-2016, is-sopran Sondra Radvanovsky laqgħet sfida kbira – dik li tinterpreta it-tlett irġejjen tal-familja monarka Tudor tat-triloġia ta’ Donizzetti fi staġun wieħed.  Ir-riżultat kien wieħed gwapp li offra li l-udjenza jesperjenzaw il-mixjs sottili ta’ dawn il-karattri – sa mit-trapeddja ta’ ċirkostanze li affaċċjat Anne Boleyn, għall-inkwiet li għexet Eliżabetta l-ewwel fi xjuħitha waqt li l-maħbub tagħha Robert Devereux, nobbli żagħżugħ, jiġi akkużat bħala traditur fl-aħħar opra fit-triloġija.

Il-Ħamis, 30 t ‘April – Marnie

It-thriller kontemporanju tal-operista Nico Muhly, li kellu d-debutt tiegħu mal MET fl-2018, huwa adattazzjoni tan-novella ta’ Winston Graham miktuba fl-1961 li kienet l-ispirazzjoni tal-film ta’ Hitchcok li jġib l-istess isem.  Din l-opra tirrakkonta l-ġrajja ta’ frodista żagħżugħa li t-trawmi li esperjenzat fi tfulitha qajmulha diżordni fl-identità, l-opra toffri l-irwol opportun għal mezzo-zopran, l-issettjar tal-palk b’mod ċinematiku, kif ukoll uħud mill-iktarkostumi kkuluritiu vibranti ispirati mis-snin tas-’60ijiet.

Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Mejju –Aida

Wara karriera sħiħa tinterpreta rwoli primi bħal f’ Tosca, Il Trovatore, La forza sel DEstino kif ukoll id-debutt monjali ta’ Barber’s Antony and Cleopatra, li fetħet f’Lincoln Centre fl-1966, Leontyne Price tagħti l-aħħar tislima tagħha lill-MET Opera fl-1985 bħala Aida – l-irwol ikoniku tagħha.  F’din it-trażmissjoni storika, Price teċċella bħala l-prinċipess Etjopjana, b’vuċi stupenda u portata ta’ mexxejja li tirrealizza perfettament is-sentimenti Verdjani ta’ dieqa hekk kif tinqabad bejn id-doveri tagħha politiċi u l-imħabba.

Is-Sibt, 2 ta’ Mejju –Luisa Miller

Din l-opra interessanti tat bidu għall-perjodu medjan ta’ Verdi, meta d-dinja tal-opra ngħatat l-ewwel ħjiel tal-ġenju li hu Verdi.  L-istorja ta’ xbejba sempliċi u devota minn Tyrol li saret tħobb raġel mill-vilaġġ li mhux tajjeb għaliha, l-opra tinkludi numru ta’ karatteristiċi tipiċi ta’ Verdi: għanja għat-tenur fl-irwol ewlieni, relazzjoni mqanqla bejn il-missier u l-bint għal baritonu u sopran, kif ukoll tielet att sublimi li jintemm fi traġedja. 

Il-Ħadd, 3 ta’ Mejju – Prince Igor

Assenti mill-palk tal-MET sa mill-1917, il kapolavur ta’ Borodin dwar kampanja militari ta’ prinċep introspettiv, kontra l-attakkanti min Polovtsy irritornat fuq il-palk fl-2014 b’kast ta’ talent fenomenali taħt il-produzzjoni ta’ Dmitri Tcherniakov.  Is-sett jinkludi projezzjonijiet mill-aqwa amalgamati ma’ għelieqi ffjuriti.  L-ewwel att jinkludi numru ta’ żifniet li uħud minnhom saru moda fil-’50ijiet meta Tony Bennett irrekordja “Stranger in Paradise.”

 

It-Tnejn, 4 ta’ Mejju –  Le Nozze di Figaro

Il-Met skjerat tim vokali formidabbli għall-produzzjoni stilistika ta’ Jonathan Miller tal-kapolavur indimenitkabbli ta’ Mozart: Renée Fleming bħala l-Kontessa, Cecilia Bartoli bħala Susanna, u Bryn Terfel bħala Figaro. B’James Levine, wieħed mill-kondutturi kbar fid-dinja ta‘ Mozart, fit-tmun, Bartoli tesplora żewġ biċċiet alternati li rarament jinstemgħu, filwaqt li Dwayne Croft bħala l-Konti u Susanne Mentzer bħala Cherubino, din hija prestazzjoni unika li titnaqqax fuq il-kotba tal-istorja operstika. 

It-Tlieta, 5 ta’ Mejju – Thomas’s Hamlet

Wara iktar minn seklu eskluża mir-repertorju tal-Met, l-udjenza kienet ħerqana li tesperjenza eżatt x’lejla indimentikabbli fit-teatru jista’ jsarraf Thomas’s Hamlet. Il-prestazzjoni sublimi ta’ Simon Keenlyside bħala l-Prinċep tad-Danimarka ttorturat fil-produzzjoni qawwija ta’ Patrice Caurier u ta’ Moshe Leiser li ħalliet lill-kritiċi bla kliem dwar il-prestazzjoni ta’ kant stupenda ta’ Keenlyside, mżewwġa ma’ Hamlet tri-dimensjonali delineat bil-preċiż, wieħed mill-akbar eżempji ta’ drama operistika ta’ żmienna. Il-kast jinkludi lil Marlis Petersen bħala l-Ophélie, li turi b’mod ċar għaliex ix-xena tagħha fil-parti tal-miġnuna hija ġustament magħrufa, flimkien ma’ Jennifer Larmore u James Morris bħala Gertrude u Claudius.

L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju –L’Amour de Loin

Produzzjoni kważi tal-ħolm ta’ Robert Lepage, b’eluf ta’ dwal LED ipetptu tul l-palk li jirrappreżentaw il-baħar, jinkorporaw fihom s-sentiment mistiku ta’ L’Amour de Loin, l-opra evokattiva ta’ Saariaho dwar l-imħabba distanti. Eric Owens huwa Jaufré Rudel, troubadour tas-seklu 12 fi Franza li sar mxebba mill-ħajja ħedoniktika u jixennaq għal imħabba idealizzata. Tidħol il-Pellegrina (Tamara Mumford) li tgħidlu l-imħabba perfetta, fil-fatt, teżisti  lil’hinn mill-baħar. Hija Clémence, Kontessa ta’ Tripli (Susanna Phillips). Il-maġija tal-ħajja interjuri tal-karattri hekk kif dawn jesploraw it-tifsira tal-imħabba, tal-ħajja, u tal-mewt hija l-ħin kollu mġedda bil-mużika ipnotika u msaħħra ta’ Saariaho, immexxija minn Susanna Mälkki.

Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju – Capriccio 

Renée Fleming hija l-Kontessa Madeleine, mara sabiħa, enigmatika fil-qalba tal-mużika sofistikata ta’ Strauss il-“Conversation Piece for Music.” Żewġt irġiel qed jiġru warrajha: Joseph Kaiser huwa l-kompożitur, Flamand, u Russell Braun huwa Olivier, il-poeta. Dan it-tim stellari jinkludi wkoll lil Peter Rose bħala direttur tat-teatru La Roche, Sarah Connolly bħala l-attriċi Clairon, u Morten Frank Larsen bħala ħu l-Kontessa. Il-produzzjoni eleganti ta’ John Cox tambjenta l-azzjoni fis-snin l-għoxrinijiet. Jikkonduċi Andrew Davis.

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Mejju –La Bohème

Storja ta’ qsim il-qalb ta’ Puccini ta’ mħabba żagħżugħa fil-żmien tal-Belle Epoque f’Pariġi li ġibdet ħafna kantanti famużi matul is-snin. Iżda b’James Levine fl-tmun u d-dwett spettakolari ta’ Luciano Pavarotti u Renata Scotto bħala Rodolfo u Mimi, kull daqsxejn ta’ emozzjoni mill-mużika popolarissima tqanqal u tisseduċi l-udjenza. F’dan il-każ, l-udjenza kienet tgħodd il-miljuni, peress li dan kien l-ewwel wieħed mis-serje ta’ telecasts “Live from the Met”. Il-produzzjoni evokattiva hija ta’ Fabrizio Melano, iddisinjat minn Pier Luigi Pizzi.

Is-Sibt, 9 ta’ Mejju –The Opera House

F’dan id-dokumentarju, ir-rebbieħa Susan Froemke tesplora l-ħolqien tal-istorja tal-Metropolitan Opera House matul dawn l-aħħar ħamsin sena. Permezz ta’ filmati esklussivi u rari, The Opera House tħares lejn perjodu importanti tal-istorja u ta’ xi wħud mill-istejjer mistura tal-artisti, l-arkitetti, u l-politiċi li ffurmaw il-ħajja kulturali tal-Belt ta’ New York fis-snin 50. Fost il-figuri notevoli fil-film hemm is-soprano Leontyne Price, li fetħet il-Met il-ġdid fl-1966 permezz ta’ Antony and Cleopatra ta’ Samuel Barber, Rudolf Bing, il-Maniġer Ġenerali azzardat  tal-Met li fassal il-mossa biex jiċaqlaq mill-Opera House l-antika għal dik il-ġdida, Robert Moses, l-istratega urban li bla waqfien witta blokka sħiħa ta’ abitat sabiex jagħmel spazju għall-Lincoln Centre, u Wallace Harrison, li t-tfittxija tiegħu għall-glorja arkitettonika qatt ma iġet fis-seħħ kompletament.

Il-Ħadd, 10 ta’ Mejju – Cavalleria Rusticana & Pagliacci

Il-produzzjoni l-ġdida ta’ David McVicar twassal id-dramma doppja favorita tal-opra għal ħajja ġdida, billi tistabbilixxi ż-żewġ opri fl-istess ambjent ta’ Sqallija, separati b’żewġ ġenerazzjonijiet. Marcelo Álvarez jieħu l-irwol rari li jkanta bħala tenur fiż-żewġ irwoli prinċipali. F’Cavalleria Rusticana, jinterpreta Turiddu, iż-żagħżugħ li jabbanduna lil Santuzza (Eva-Maria Westbroek) fl-insegwiment tiegħu ta’ Lola (Ginger Costa-Jackson) – u jispiċċa jinqatel fi dwell ma’ żewġha, Alfio (George Gagnidze).  F’Pagliacci, Álvarez huwa Canio, il-mexxej ta’ truppa taċ-ċirku waqt vjaġġ. Patricia Racette tinterpreta Nedda, l-mara żagħżugħa u infidili tiegħu, li jitħassrulha għal kollox il-pjanijiet biex taħrab mal-maħbub tagħha minħabba Tonio (George Gagnidze) li hu wkoll jixtieqha – b’konsegwenzi ugwalment traġiċi. Il-Konduttur Prinċipali tal-Met, Fabio Luisi imexxi mill-podju.

It-Tnejn, 11 ta’ Mejju – Werther

It-tenur stilla Jonas Kaufmann jinterpreta l-intensita’ vasta u l-kariżma vokali fl-irwol prinċipali tal-eroj tal-adatazzjoni ta’ Massenet Goethe.  Sophie Koch, fid-debutt tagħha fil-Met, tinterpreta l-irwol ta’ Charlotte, tfajla eleganti u attraenti, l-oġġet tal-affett passjonali ta’ Werther li eventwalment iwassal għat-traġedja.  Lisette Oropesa tinterpreta Sophie, David Bižić bħala Albert u Jonathan Summers bħala Le Bailli.  Il-produzzjoni atmosferika ta’ Richard Eyre hija mmexxija mis-surmast promettenti Alain Altinoglu.

 

It-Tlieta, 12 ta’ Mejju – The Tempest

Il-kompożitur Thomas Adès jmexxi l-ewwel serata tal-Met b’opra b’saħħitha bbażata fuq l-aħħar dramm ta’ Shakespeare, fi produzzjoni inventiva u oriġinali ta’ Robert Lepage.  Simon Keenlyside huwa s-saħħar Prospero, li joħloq il-maltempata li tinkalja l-vapur tal-għedewwa tiegħu u minn hawn tiskatta kullana ta’ episodji.  L-istillel promettenti Isabel Leonard u Alek Shrader huwa l-maħbubin, Miranda u Ferdinan, Alan Oke jinterpreta l-karattru tal-ħażin Caliban filwaqt li Audrey Luna tagħti interpretazzjoni memorabbli ta’ Ariel.

 

L-Erbgħa, 13 ta’ Mejju – Ariadne auf Naxos

Jessy Norman tinterpreta l-irwol ta’ Ariande, l-eroina mitoloġika Griega f’din l-opra f’opra fjankata minn Bakku interpretat mill-kbir James King.  Kathleen Battle tinterpreta l-irwol tal-ikkulurita u spontanja Zerbinetta, il-perċimes ta’ truppa tal-Commedia dell’Arte li ssib ruħha mitlufa fuq il-gżira ta’ Ariande.  Tatiana Troyanos u Franz Ferdinand Nentwig jinterpretaw l-irwoli tal-alljeva kompożitriċi u tal-għalliem kompożitur fil-prologu tal-opra.  James Levine joħroġ il-kuluri u s-seħer tal-kompożizzjoni massiċċa ta’ Strauss b’ammonti definiti u preċiżi ta’ patos u umoriżmu.  Il-produzzjoni ta’ Bodo Igesz tinkludi fiha disinn tas-sett mid-disinjatur rinomat Oliver Messel.

 

Il-Ħamis, 14 ta’ Mejju – Peter Grimes

Anthony Dean Griffey joħloq pittura emottiva tas-sajjied minsi li jissielet ferm bl-emozzjoni preżunta ta’ ħtija.  F’din il-produzzjoni mir-rebbieħ tat-Tony Award għall-aqwa direttur, John Doyle,  tinkludi wkoll lill-Patricia Racette bħala l-karattru simpatiku ta’ Ellen Orford filwaqt li l-kor ta’ Met tassew iwassal prestazzjoni li tqajjimlek ġismek xewk xewk bl-interpetazzjoni tal-villaġġ tas-sajd oppress.

 

Il-Ġimgħa, 15 ta’ Mejju – Lucia di Lammermoor

Din it-telecast toffri opportunita’ unika biex wieħed jerġa jara l-leġġendarja Joan Sutherland fl-irwol li bih splodiet u saret stilla leġġendarja internazzjonali.  Hija saħħret lill-udjenzi bil-mod kif leħinha kien jilgħab man-noti mużikali twal filwaqt li kienet taqleb f’tebqa t’għajn u mingħajr sforz bejn noti baxxi u noti għoljin u stratosferiċi.  Wieħed mill-aktar mumenti li baqgħu jissemmew fl-istorja tal-opra hija l-interpretazzjoni tal-eroina  ta’ Donizetti, fejn tinvolvi ruħha f’karattru fluwidu u b’diversi aspetti.  Alfred Kraus, tenur klassi għalih, jinterpreta Edgaro, ir-raġell li Lucia tħobb iżda qatt ma jista jkun tagħha.

 

Is-Sibt, 16 ta’ Mejju – Rigoletto

Il-produzzjoni akklamata ta’ Michael Mayer, fid-debutt tagħha bejn l-2012 u l-2013, torjenta ruħha fis-sittinijiet f’Las Vegas –  dinja oħra lluminata minn ilwien artifiċjali, misjuqa mill-flus u n-nies potenti.  Piotr Beczala huwa d-duka, individwu popolari u sid ta’ Każino’ li ma jiqaf qatt u għalxejn qabel ma jieħu dak li jrid.  Željko Lučić jinterpreta Rigoletto, il-kummidjant u l-id l-leminija tad-duka, filwaqt li Diana Damrau hija t-tifla innoċenti ta’ Rigoletto, Gilda.  Meta din tiġi sedotta mid-duka, Rigoletto jerħilha għall-fażi ta’ qtil sfrenat u ta’ tpattija.  Štefan Kocán huwa l-assassin Sparafucile.  Imexxi l-orkestra Michele Mariotti.

 

Il-Ħadd, 17 ta’ Mejju – Nabucco

L-istilla leġġendarja Plácido Domingo u d-direttur emeritu tal-Met James Levine ikomplu bil-kollaborazzjoni storika tagħhom f’din l-opra li kienet it-tluq għas-suċċess għall-Giuseppe Verdi.  Domingo jinterpreta Nabucco, ir-re’ tal-Babiljonja, li b’mod sopranaturali jiġġennen meta jiddikjara li huwa Alla, imbgħad jerġa’ jiġi f’tiegħu ladarba jammetti li jkun żbalja.  Liudmyla Monastyrska hija l-kattiva Abigaille, is-suppost tifla l-kbira ta’ Nabucca iżda fil-verita’ skjava, li taħtaf it-tron u tipprova toqtol lill-oħra, Fenena (Jamie Burton), li tħobb lill-Ismaele (Russell Thomas), iżda mhux hi biss, anke Abigaille.  Dmitry Belosselsly jinterpreta il-qassis il-kbir ta’ Ġerusalemm, Zaccaria.    

It-Tlieta, 19 ta’ Mejju – Lohengrin

L-opra romantika ta’ Wagner tirrekjedi atturi u kantanti li tassew jidħlu fil-parti u dak li qed jiġri hawnhekk.  Huwa possibbli li Kavallier tal-Holy Grail ikun aktar attraenti minn Peter Hofmann?  Mhux ta’ b’xejn li Elsa (Eva Marton) tintilef warajh fl-ewwel laqgħa tagħhom flimkien.  L-eroina ta’ Marton hija mara innoċenti, iżda passjonanti, kif fil-verita’ tkun, li hija aspett tajjeb, minħabba li Leonie Rysanek tinterpreta Ortrud li hija s-saħħara li takkuża lill-Elsa u Lohengrin li qed jużaw il-maġija.  Bil-konduzzjoni tal-bravu James Levine, il-kor u l-orkestra huma ugwalment maġiċi.

 

L-Erbgħa, 20 ta’ Mejju – Un Ballo in Maschera

Il-produzzjoni eleganti ta’ David Alden mill-2012 tieħu u teskala d-drama ta’ Verdi għall-ambjent ispirat mill-film noir.  Marcelo Álvarez huwa Gustavo III, ir-re Svediż li jibda jħobb lill-Amelia (Sondra Radvanovsky), il-mara tal-akbar ħabib u konsulent tiegħu, il-Konti Anckarström (Dmitri Hvorostovsky).  Meta Anckarström jissieħeb fir-rivolta għall-qtil tar-re’, issegwi t-traġedja.  Stephenie Blythe li taqra x-xorti Madame Ulrica Arvidsson u Kathleen Kim tinterpreta Oscar.  Il-Konduttur Prinċipali tal-Met Fabio Luisi jmexxi l-orkestra.

 

Il-Ħamis, 21 ta’ Mejju – Turandot

F’dawn l-istaġuni reċenti, Christine Goerke laħqet wieħed mill-għola livelli ta’ soprani Ġermaniżi, bl-interpretazzjoni bħala l-mara ta’ Dyer f’Die Freu ohne Schatten, il-karattru prinċipali ta’ Elektra, u Brünnhilde fir-Ring cycle komplet.    Hija impressjonat udjenzi wkoll bħala Turandot, il-prinċipessa bierda fil-qalba tal-biċċa xogħol aħħarija ta’ Puccini.  F’din il-prestazzjoni mill-istaġun 2019-20 li kien Live HD, Goerke hija affjankata minn Yusif Eyvazov (bħalal Calaf) u s-sopran Eleonora Buratto (bħala Liu) fuq is-set klassiku ta’ Franco Zeffirelli, li jgħammex bil-viżjonijiet opulenti u mitiċi taċ-Ċina.  Id-direttur mużikali tal-Met, Yannick Nézet-Séguin imexxi mill-podju, u joħloq spettru divers u vast ta’ kuluri mużikali grazzi għall-orkestra u l-kor uniċi.

 

Il-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju – Don Giovanni

Fil-15 ta’ Marzu 1977, il-Met ippreżenta l-prestazzjoni inawgurali tas-serje televiżiva Live tiegħu, programm li rebaħ il-Peabody Award li kompla għaddej fuq it-televiżjoni lokali għall-25 sena sħaħ.  Wieħed mill-ewwel prestazzjonijiet inklużi fis-serje kienet il-prestazzjoni tal-1978 tal-kummiedja klassika ta’ Mozart, Don Giovanni, bil-baritonu baxx James Morris bħala s-seduttur, rwol li eventwalment interpreta għall-42 ma’ din il-kumpanija.  Is-surmast Richard Bonynge jidderiġi waħda mill-aqwa prestazzjonijiet tal-produzzjoni klassika ta’ Herbert Graf.  Flimkien ma’ Morris, il-kast eċċezzjonali jinkludi lis-sopran Joan Sutherland bħala Donna Anna, il-baritonu Gabriel Bacquier bħala Leoporello u l-baxx John Macurdy bħala il-Commendatore.

 

Is-Sibt, 23 ta’ Mejju – Faust

It-tenur Jonas Kaufmann huwa l-attur ewlieni fl-opra popolari ta’ Gounoud, murija Live fuq it-televiżjoni bil-produzzjoni ta’ Des MacAnuff, li titfa’ din l-istorja mitika ta’ kull żmien fis-snin bikrin tas-seklu għoxrin.  René Pape bħala Méphistophélès huwa karattru ta’ theddid u eleganti bl-istess qies, filwaqt li Marina Poplavskaya tinterpreta l-irwol intens u innoċenti ta’ Marguerite.  Russell Braun jinterpreta bħala ħuwha, Valentin, u jibbrilla fit-tieni att.  Jikkonduċi is-surmast Yannick Nézet-Séguin li joħroġ il-liriċiżmu u d-drama b’mod komplet ta’ din l-opra ta’ Gournod. 

 

Il-Ħadd, 24 ta’ Mejju – Manon

Is-sopran stilla Anna Netrebko ħarġet trijonfanti fil-produzzjoni akklamata ta’ Laurent Pelly fl-2012, bil-prestazzjoni tal-eroina għall-ewwel darba fil-Met.  L-istorja ta’ Manon, minn tfajla innoċenti fil-kampanja għall-prostituta magħrufa u eventwalment għall-priġuniera bla sold taħt rasha, hija waħda mill-aktar stejjer traġiċi fil-letteratura u fil-mużika, u din il-prestazzjoni tassew toħroġ il-kuluri kollha, hekk kif toħroġ mill-mużika ta’ Massenet, tibda b’kummiedja u tispiċċa b’finali li tħallik bla nifs.  Piotr Beczała jinterpreta des Grieux , il-maħbub ta’ Manon, li jiddeċiedi li jsir qassis meta tħallih, iżda fl-aħħar mill-aħħar jerġa jingħaqad magħha, biex jerġa’ jitlifha.  Paulo Szot huwa Lescaut filwaqt li Fabio Luisi jmexxi l-Orkestra u l-Kor tal-Met. 

 

It-Tnejn, 25 ta’ Mejju – La Damnation de Faust

Din il-produzzjon stupenda ta’ Robert Lepage, mmexxija minn James Levine, saħħret mijiet ta’ udjenzi madwar id-dinja bl-effetti brillanti u mżewwġa tal-arti u t-teknoloġija.  Il-viżjoni rarament interpretata tal-leġġenda immortali ta’ Faust ta’ Beriloz, Marcello Giordani huwa l-eroj prinċipali li t-trattat impulsiv ma’ Méphistophélès (interpretat bi preżenza minn John Relyea), jsarraf f’wieħed fatali.  Susan Graham tinterpreta s-sabiħa u t-traġika Marguerite, il-mara li tagħti kollox għar-raġel li tant tħobb.

It-Tlieta, 26 ta’ Mejju – Ernani

L-istilla naxxenti tal-MET Angela Meade tinterpreta Elvira, tfajla maqbuda fi trijangolu ta’ imħabba: il-maħbub tagħha, raġel għani li sab it-triq il-ħażina Emani (Marcello Giordani); il-kustodju tagħha, l-għani, u l-anzjan de Silva, li jridha għalih biss (Ferruccio Furlanetto); u Don Carlo, ir-Re’ ta’ Spanja, li wkoll jixtieq lill-Elvira (Dmitri Hvorostovsky).  Id-drama bikrija ta’ Verdi hija mimlija b’melodija mexxejja u ritmi mqanqla, mwassla b’artistrija mill-aqwa tal-Orkestra tal-Met u l-Kor kondotti minn Marco Armilliato.

L-Erbgħa, 27 ta’ Mejju – Manon Lescaut

L-ertoċiżmu jbaqbaq u l-qsim il-qalb lejn l-aħħar ta’ din il-biċċa xogħol mill-aqwa ta’ Puccini tiġi żvugata minn James Levine u l-kast brillanti tiegħu.  Plácido Domingo huwa Des Grieux, aristokratiku żgħażugħ, b’saħħtu u rasu iebsa li jaqa b’ruħu u b’ġismu għall-impetuża u seduċenti Manon Lescaut (Renata Scotto).  Manon tirritorna din l-imħabba, iżda l-ossessjoni tagħha għall-lussu tirronvinahom it-tnejn li huma.  Il-produzzjoni opulenti ta’ Gian Carlo Menotti, bis-sett u kostumi magħmula minn Desmon Heeley, tiġbor fiha dinja kulurita ta’ Franza fis-seklu 18.

Il-Ħamis, 28 ta’ Mejju – Les Troyens

Il-biċċa xogħol epika ta’ Beriloz terġa tirrakonta s-saga inkredibbli tal-istorja wara l-gwerra ta’ Trojja u l-isfruttamenti ta’ Aeneas.  It-tenur promettenti Bryan Hymel, fid-debutt tiegħu fil-Met, jinterpreta l-eroj li ġie inkarigat mill-allat li waqqfu l-belt ta’ Ruma.  Susan Graham tinterpreta Dido, ir-reġina ta’ Karataġini, li ssir l-maħbuba ta’ Aeneas filwaqt li Deborah Voigt tinterpreta Cassandra, il-prinċipessa Trojjana li t-twissijiet tagħha tad-distruzzjoni eventwali ta’ Trojja jaqgħu fuq widnejn torox.  Il-produzzjoni atmosferika ta’ Francesca Zambello tinkorporpa il-koreografija ta’ Doug Varone, u hija mmexxija mill-konduttur prinċipali tal-Met Fabio Luisi.

Il-Ġimgħa, 29 ta’ Mejju – La Sonnambula

Hekk kif tfajla tkun appik ser tiżewweġ il-maħbub ta’ dejjem tagħha, tinqabad, mill-villaġġ sħiħ, rieqda fil-kamra tas-sodda ma’ stranġier.  It-tfajjel jieħu żewġ atti sabiex jinduna li l-ħmar-il lejl hija l-problema, u kollox jispiċċa b’wiċċ il-ġid.  Natalia Dessay hija Amina filwaqt li Juan Diego Florez jinterpreta Elvina u t-tnejn jinterpretaw il-maġija tal-bel canto b’kuluri vokali mill-aqwa fil-produzzjoni mill-2009 ta’ Mary Zimmerman.  Id-direttur rebbieħa ta’ The Tony Award titrasferixxi l-ħrafa ta’ Bellini għall-kamra tal-provi fi New York, f’issettjar kontemporanju, fejn l-kumpanija tal-opra tipprova La Sonnambula – u fejn il-kantanti tassew jinħabbu.

Is-Sibt, 30 ta’ Mejju – L’Elisir d’Amore

Il-kummiedja fuq tagħha ta’ Donizetti li ddur mal-karattru kuraġġuż tas-sid tal-art, raħħal bla saħħa u bla flus u dwar il-mediċina tal-imħabba dubjuża li tista’ jew ma tistax tlaqqgħu mal-imħabba ta’ ħajtu, qatt ma tieqaf tissorprendi lill-udjenzi.  F’din il-prestazzjoni mis-serje Met Live in HD, is-sopran Sud Afrikana Pretty Yende tinterpeta Adina, li timla lill-karattru tagħha b’imħabba filwaqt li titfa’ koloratura bla sforz mill-bidu sat-tmiem.  It-tenur Matthew Polenzani huwa Nemorina, l-ammiratur ta’ Adina, li joħroġ qalbu fil-parti tiegħu speċjalment waqt l-interpretazzjoni ta’ “Una furtiva lagrima”.  Il-kast jinkludi wkoll lill-baritonu Davide Luciano bħala r-rett Sergent Belcore u Ildebrando D’Arcangelo bħala l-opportunist Dr. Dulcamara, u Domingo Hindoyan imexxi l-produzzjoni mill-isbaħ ta’ barlett Sher.

Il-Ħadd, 31 ta’ Mejju – Salome

Mhux ta’ b’xejn li l-udjenzi tal-Met iġġennu meta raw l-interpretazzjoni ta’ Karita Mattila ta’ Salome.  Bla dubju, waħda mill-aqwa Salomes ta’ żmienna, Mattila tinkarna b’mod mill-aktar profond l-eroina fuq tagħha u kuraġġuża ta’ Oscar Wilde.  Bil-mużika innovattiva ta’ Straus, li tamplifika l-atmosfera deġenerata u tibni tensjoni erotika, din hija opra li għadha tħalli bla kliem llum hekk kif kienet tħalli bla kliem fid-debutt tagħha fl-1905.

 

It-Tnejn, 1 ta’ Ġunju– Puritani

 

It-Tlieta, 2 ta’ Ġunju– Lulu

 

L-Erbgħa, 3 ta’ Ġunju – Orfeo ed Euridice

 

Il-Ħamis, 4 ta’ Ġunju – Tosca

 

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju – The Exterminating Angel

 

Is-Sibt, 6 ta’ Ġunju – Otello

 

Il-Ħadd, 7 ta’ Ġunju – Thaïs

 

It-Tnejn, 15 ta’ Ġunju– Rossini’s Armida

 

It-Tlieta, 16 ta’ Ġunju– Rossini’s Semiramide

 

L-Erbgħa, 17 ta’ Ġunju – Gluck’s Iphigénie en Tauride

 

Il-Ħamis, 18 ta’ Ġunju – Verdi’s La Forza del Destino

 

Il-Ġimgħa, 19 ta’ Ġunju – Philip Glass’s Akhnaten

 

Is-Sibt, 20 ta’ Ġunju  – Philip Glass’s Satyagraha

 

Il-Ħadd, 21 ta’ Ġunju – Verdi’s La Traviata

 

It-Tnejn, 22 ta’ Ġunju– Verdi’s La Traviata

 

It-Tlieta, 23 ta’ Ġunju– John Adams’s Doctor Atomic

 

L-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju – Saint-Saëns’s Samson et Dalila

 

Il-Ħamis, 25 ta’ Ġunju – Massenet’s Manon

 

Il-Ġimgħa, 26 ta’ Ġunju – Donizetti’s L’Elisir d’Amore

 

Is-Sibt, 27 ta’ Ġunju  – Massenet’s Cendrillon

 

Il-Ħadd, 28 ta’ Ġunju – Mozart’s Die Zauberflöte

 

It-Tnejn, 29 ta’ Ġunju– Donizetti’s La Fille du Régiment

 

It-Tlieta, 30 ta’ Ġunju– Wagner’s Die Walküre

 

L-Erbgħa, 1 ta’ Lulju – Shostakovich’s The Nose

 

Il-Ħamis, 2 ta’ Lulju – Bizet’s Carmen

 

Il-Ġimgħa, 3 ta’ Lulju – Mozart’s Don Giovanni

 

Is-Sibt, 4 ta’ Lulju – Donizetti’s Don Pasquale

 

Il-Ħadd, 5 ta’ Lulju – Rossini’s La Donna del Lag

It-Tnejn, 6 ta’ Lulju – Puccini’s La Bohème

 

It-Tlieta, 7 ta’ Lulju – Verdi’s Il Trovatore 

 

L-Erbgħa, 8 ta’ Lulju – Mozart’s Così fan tutte

 

Il-Ħamis, 9 ta’ Lulju – Zandonai’s Francesca da Rimini

 

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Lulju – Tchaikovsky’s Eugene Onegin

 

Is-Sibt, 11 ta’ Lulju – Puccini’s Madama Butterfly

 

Il-Ħadd, 12 ta’ Lulju – Viewers’ Choice: Wagner’s Tristan und Isolde