Loading Events
  • This event has passed.

National Theatre Encore: The Audience

21 July 2019

Data u Ħin: Il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019, 6pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezzjiet:
Adulti: €12
Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €10
Tfal taħt 12-il sena: €5

The Audience
ta’ Peter Morgan
b’direzzjoni ta’ Stephen Daldry

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq l-10 anniversarju mill-bidu tan-National Theatre Live, żewġ produzzjonijiet monumentali se jkunu qegħdin jirritornaw għal preżentazzjonijiet encore.
Helen Mirren (The Queen), rebbieħa tal- Academy Award®, tinterpreta r-Reġina Eliżabbetta II matul il-produzzjoni The Audience, rebbieħa tat-Tony Award®
Miġbuda diretta mill-West End ta’ Londra fl-2013, ix-xandira oriġinali se tkun qiegħda tirritorna fis-swali taċ-ċinema bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq l-10 sena mill-bidu tan-National Theatre Live.
Ir-Reġina Eliżabbetta II ilha 60 sena tiltaqa’ mal-Prim Ministri tagħha ‒ 12 b’kollox ‒ għal laqgħa privata kull ġimgħa. Din il-laqgħa hija magħrufa aħjar bħala The Audience. Ħadd ma jaf x’jiddiskutu. Saħansitra lanqas in-nisa u l-irġiel tagħhom ma jafu!
Mill-gwerrier ta’ snin ilu Winston Churchill, għal Margaret Thatcher ‒ magħrufa bħala The Iron Lady, u finalment għal David Cameron, ir-Reġina tagħti pariri lill-Prim Ministri tagħha fuq kwalunkwe materja; kemm materji pubbliċi kif ukoll dawk personali. Permezz ta’ dawn il-laqgħat privati nistgħu naraw mumenti mill-ħajja tal-mara li ġġorr il-kuruna u nassistu għal dawk il-mumenti li kienu strumentali fit-tiswir tal-karattru ta’ monarka.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Venue Information

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Additional Information

Tul ta' Ħin
180 minuta
Ċert
12A
Lingwa
English