Loading Events

National Theatre Encore: No Man’s Land

28 January 2021 @ 7:30 pm - 10:20 pm

Darba waħda tul lejl sajfi, Hirst u Spooner, żewġ kittieba mdaħħlin fiż-żmien, iltaqgħu f’ħanut tax-xorb ġewwa Hampstead, u komplew is-serata tagħhom fid-dar ta’ Hirst li kienet tinsab fil-qrib. Iktar ma jibda jgħaddi l-ħin, iktar jibda jagħmel tiegħu x-xorb u l-istejjer taż-żewġt iħbieb inqas jibdew jagħmlu sens, filwaqt li t-taħdita ta’ bejniethom tibda tinbiddel f’pika taħraq – taqbida ta’ min għandu l-aktar saħħa u qawwa – taqbida li tkompli tikkumplika ruħha mal-wasla ta’ żewġ irġiel oħra ta’ xeħta kemmxejn dubjuża. 

Wara s-suċċess tagħhom fuq il-palk ta’ Broadway, Ian McKellen u Patrick Stewart jirritornaw fit-teatru tal-West End ġewwa Londra għall-interpretazzjoni tal-produzzjoni mfaħħra ta’ Sean Mathias, bl-isem No Man’s Land, li hija waħda mill-aktar xogħlijiet divertenti miktuba mir-rebbieħ ta’ Nobel Prize, Harold Pinter. Magħhom jingħaqdu wkoll Owen Teale u Damien Molony.

Data u Ħin: Il-Ħamis, 28 ta’ Jannar, 2021, 7.30pm
Offerta:
3 biljetti: €30
3 biljetti (Konċessjonijiet): €25

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€12
Konċessjonijiet
€10
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Additional Information

Tul ta' Ħin
2h 50m
Ċert
12+
Lingwa
Ingliż