Loading Events

National Theatre Encore: King Lear

26 November 2020 @ 7:30 pm - 10:45 pm

F’xandira diretta  mill-WestEnd ta’ Londra, segwi  ‘rappreżentazzjoni kommoventi u straordinarja’ ta’ King Lear minn Ian McKellen ġewwa ċ-ċinema.

Din il-produzzjoni ta’ Chichester Festival Theatre rċeviet riċensjonijiet ta’ 5 stilel għal preżentazzjonijiet li nbiegħu kollha fi ftit ħin, u għal staġun limitat ittrasferixxiet ruħha għall-West End. Jonathan Munby huwa d-direttur ta’ dan ix-xogħol kontemporanju li b’‘qawwa u espressjoni’ (The Times)jirrakkonta mill-ġdid id-dramm teneru, vjolenti, kommoventi u xokkanti ta’ Shakespeare.

Ikkunsidrata minn ħafna bħala l-ikbar traġedja qatt miktuba, King Lear jara żewġ missirijiet qed jixjieħu – wieħed re u l-ieħor il-kortiġjan tiegħu – jirriġettaw lit-tfal li tassew iħobbuhom. L-għama tagħhom tikxef baraxx ta’ ambizzjoni ħarxa u qerq, hekk kif il-familja u l-istat jispiċċaw involuti fi ġlieda vjolenti għall-poter bi tmiem mill-iktar qares.

Data u Ħin
Il-Ħamis, 26 ta’ Novembru 2020, 7:30pm

Offerta:
3 biljetti: €30
3 biljetti (Konċessjonijiet): €25

Ticket Information

Adulti
€12
Konċessjonijiet
€10
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Venue Information

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Kun af li dan jinvolvi filmati b’mumenti ta’ dawl qawwi u li jleħħ (strobe lighting).

Additional Information

Tul ta' Ħin
3h 20m
Ċert
12A
Lingwa
Ingliż