Nacido en Siria/Born in Syria

Loading Events
  • This event has passed.

Nacido en Siria/Born in Syria

4 Mejju 2022 @ 7:30 pm - 9:00 pm

Data u Ħin
L-Erbgħa, 4 ta’ Mejju 2022, 7.30pm

Mill-bidu tal-gwerra ċivili fis-Sirja ’l hawn, madwar erba’ miljun Sirjan u Sirjana kellhom iħallu l-pajjiż biex jaħarbu mill-vjolenza. Aktar minn nofshom huma tfal.

“2016. Imwildin is-Sirja” jirrakkonta l-istorja tal-vjaġġ ta’ dawn ir-refuġjati mill-perspettiva tat-tfal li għexu dan it-tiġrib: l-abbużi mill-mafja, il-qilla tal-baħar, l-inċertezza dwar futur li l-maġġoranza vasta tagħhom bilkemm jistgħu jkampaw magħha, u se niskopru li meta jaslu fid-destinazzjoni tagħhom dan ikun biss il-bidu ta’ odissea ġdida: dik tal-integrazzjoni f’art ġdida u, ħafna drabi, ostili. L-akbar eżodu ta’ refuġjati mit-Tieni Gwerra Dinjija mill-perspettiva ta’ għoli ta’ metru u nofs permezz ta’ seba’ stejjer ta’ gwerra, tbatija u disprament… imma wkoll fejn jingħelbu l-isfidi, ta’ innoċenza, kuraġġ u tama, li jippermettulna nifhmu xi tfisser li tkun twelidt is-Sirja.

2017: Il-Premji Platinum: L-Aqwa Dokumentarju

2016: Il-Premji Goya: Nominat għall-Aqwa Dokumentarju

2016: Il-Premji Forqué: L-Aqwa Dokumentarju


Film organizzat mill-ambaxxata Spanjola.

 

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Dħul b'xejn
Konċessjonijiet
Dħul b'xejn
Tfal
Dħul b'xejn
Cinema Club Members
Dħul b'xejn
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 25min
Ċert
n/a
Lingwa
Spanjol b'sottotitli bl-Ingliż
: