Loading Events
  • This event has passed.

Monumental artworks to embellish Marsa Junction Project area

6 July 2020 - 6 August 2020

Erba’ xogħlijiet artistiċi ddisinjati f’Malta, Ċipru u r-Rumanija għall-Marsa Junction Project

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project.

Ix-xogħlijiet artistiċi magħżula tal-Kompetizzjoni tal-Arti Pubblika tal-Marsa Junction Project huma (f’ordni alfabetika skont kunjom l-artisti jew isem il-kumpaniji) The Creation of Man, ta’ Haak Studio, ditta tal-arkitettura bbażata fi Cluj-Napocia, r-Rumanija, Tisliba, taċ-ċeramista mwieled Għawdex Paul Haber, Sema ta’ I+A Limited, grupp ta’ periti, artisti u teknoloġisti minn Malta u Tipping Point, ta’ Alex Welch, artist minn Limassol, Ċipru.

Id-disinji ta’ dawn ix-xogħlijiet artistiċi ntgħażlu minn fost 56 proposta li Infrastructure Malta rċeviet wara sejħa internazzjonali li għamlet b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv, f’Marzu li għadda. B’kollox kien hemm 36 parteċipant minn Malta u sitt pajjiżi oħra, inkluż Ċipru, l-Italja, r-Rumanija, Spanja, l-Istati Uniti u l-Veneżwela, li daħlu għal din il-kompetizzjoni bi proposta waħda jew aktar.

Kumitat tal-għażla magħmul minn esperti tal-arti u persuni oħra konċernati evalwaw il-proposti kollha biex għażlu l-aktar erba’ xogħlijiet artistiċi adattati għas-sit tal-Marsa Junction Project. L-għadd kbir ta’ sottomissjonijiet u l-kwalità għolja ta’ ħafna mix-xogħlijiet artistiċi għamlu dan il-proċess aktar diffiċli milli kien mistenni, hekk kif il-kumitat tal-għażla qatta’ diversi ġimgħat janalizza l-mertu artistiku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ kull disinn.

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a