Loading Events
  • This event has passed.

Met Opera Live: Madama Butterfly (Puccini)2019 / 2020 Programme

9 November 2019
With the participation of
Hui He (Cio-Cio-San), Elizabeth DeShong (Suzuki), Andrea Carè (Pinkerton), Plácido Domingo (Sharpless)
Creative Team
Konduttur: Pier Giorgio Morandi, Produzzjoni: Anthony Minghella
Event Category:

Ticket Information

Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Venue Information

Ċinema

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
202 minuta
Cert
N/A
Language
N/A

Data u Ħin
Live: Is-Sibt, 9 ta’ Novembru 2019, fis-6:55 PM
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Hui He tidher fil-parti ta’ Cio-Cio-San, il-geisha devota li tagħti kollox għall-uffiċjal navali Amerikan Pinkerton, interpretat minn Andrea Carè. Elizabeth DeShong tinterpreta l-parti ta’ Suzuki, dik li b’tant devozzjoni takkumpanjaha, filwaqt li Plácido Domingo hawnhekk iżid irwol ieħor fir-repertorju vast tiegħu. Pier Giorgio Morandi jidderieġi din il-produzzjoni ta’ Anthony Minghella; produzzjoni magħrufa għall-ġmiel tagħha u l-atmosfera li toħloq.

Live
Adulti: €18
Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €15
Biljett għal Staġun Live: €145 (prezz ridott, minflok €180)

  • Konduttur: Pier Giorgio Morandi
    Produzzjoni: Anthony Minghella
    Disinjatur tas-Sett: Michael Levine
    Disinjatur tal-Kostumi: Han Feng
    Disinjatur tad-Dawl: Peter Mumford
    Koreografu: Carolyn Choa

Paulo Szot ser ikun qed jinterpreta l-karattru ta’ Sharpless fix-xandira diretta HD ta’ Madama Butterfly fid-9 ta’ Novembru minflok Plácido Domingo.

Il-baritnu Brażiljan Paulo Szot ser ikun qed iżid dan l-irwol ta’ Sharpless mar-repertorju tiegħu tal-MET Opera, rwol li diġa interpretah fl-Opera ta’ Marseilles.  Ir-rebbieħ ta’ Tony Award għall-irwol tiegħu f’South Pacific  ta’ Rodgers and Hammerstein fi Broadway, iddebutta mal-MET fl-2010 fl-irwol ta’ Kovalyov fil-ewwel serata ta’ The Nose ta’ Shostakovich.  Irwoli oħrajn li interpreta mal-kumnpanija jinkludu Escamillo f’Carmen ta’ Bizet, Lescaut fl-ewwel serata tal-produzzjoni Manon ta’ Massenetfl-2012, Falke f’Die Fledermaus ta’ Strauss,u l-Kaptan f’The Death of Klinghoffer ta’ John Adams Irwoli oħrajn f’dan l-istaġun ser ikunu: Frank fi Street Scene ta’ Weill fl- Opéra ta’ Monte-Carlo u Don Alfonso f’Così fan tutte ta’ in Mozart fl-Opera ta’ Pariġi.

 

Dikjarazzjoni: Bruce Sledge ser ikun qed ikanta l-irwol ta’ Pinkerton  f’din it-trasmissjoni diretta (HD) ta’ Madama Butterfly, minflok Andrea Carè.