Met Opera 2016/2017 fiċ-Ċinema – Idomeneo

- This event has passed.
Met Opera 2016/2017 fiċ-Ċinema – Idomeneo
23 July 2017 @ 2:30 pm - 6:30 pm
€12 – €18
L-ewwel opra ta’ Mozart tirritorna fuq il-palk tal-Met Opera
“Sabiex terbaħ applaws, trid tikteb affarijiet li tant huma sempliċi li anke x-xufier jista’ jaqbad ikantahom.”
Wolfgang Amadeus Mozart
Matinée: ll-Ħadd 23 ta’ Lulju 2017, 2.30PM
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)
L-istorja ta’ Idomeneo tiżvolġi fuq il-gżira ta’ Kreta fi żmien li jirrifletti l-konfużjoni trawmatika ta’ mument storiku – id-distruzzjoni tal-Gwerra ta’ Troy. Stejjer, leġġendi u ħrejjef ta’ dan it-tip ħejjew art għammiela sabiex jinkitbu opri bħalma hi Idomeneo, ta’ Mozart. Tassew, bħal ħafna mill-istejjer mitoloġiċi Griegi, Idomeneo tiffoka fuq l-esplorazzjoni tal-motivazzjonijiet u l-emozjonijiet tal-bniedem li m’għandux kontroll ta’ dak li jiġri u li għad irid jiġri minnu.
L-artisti eċċellenti li se jinterpretaw il-personaġġi varji fl-opra ta’ Idomeneo jinkludu lil Matthew Polenzani, bħala r-Re li ntrabat b’wegħda li ttieħdet b’wisq għaġġla; il-mezzo-soprana Alice Cooter, fl-irwol ta’ Idamante, iben ir-Re; is-soprana Nadine Sierra bħala Ilia, u s-soprana Elza van den Heever bħala Elettra, li ġġennet għal qalb Idamante…
Nota dwar il-prezz tal-biljetti:
Agħmel użu mill-iskont esklussiv fuq biljetti li jkopru l-istaġun sħiħ:
Għat-trażmissjonijiet diretti jew għall-ewwel wirja: €145.00
Għar-repetizzjonijiet: €120.00