Mela Hawn Xi Manikomju?

Loading Events
  • This event has passed.

Mela Hawn Xi Manikomju?

11 March 2016 @ 8:00 pm - 9:15 pm

Xjuħija – Dimensja – Mewt

Dati u ħinijiet:

Il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu 2016, 8.00PM
Is-Sibt 5 ta’ Marzu 2016, 8.00PM
I-Ħadd 6 ta’ Marzu 2016, 8.00PM
Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2016, 8.00PM
Is-Sibt 12 ta’ Marzu 2016, 8.00PM
Il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2016, 8.00PM

Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Id-dramm ġdid ta’ Alfred Buttigieg Mela Hawn xi Manikomju? isegwi l-manjieri u l-umoriżmi ta’ erbat ixjuħ li jgħixu f’kamra ġewwa l-isptar ta’ rijabilitazzjoni, Karen Grech. Iżda la taħsbux li dawn huma xi qaddisin li jgħaddu l-jum kollu jżebbġu f’xi kuruna jew jitolbu.

Lina, l-aktar waħda fuq tagħha, hija aggressiva ma’ kull min jersaq lejha, toffendi lil kulħadd u tisħet il-mument li ma tistax timxi. Tkun ħelwa biss meta jaqblilha, speċjalment mal-infermier biex joħroġha tpejjep xi sigarett kultant żmien. Gerit, pazjenta oħra, hija eżiġenti, u tagħmel ħafna talbiet assurdi, filwaqt li għadejja tredden l-ilmenti tagħha kontra l-infermiera, l-isptar u, ma jistax jonqos, kontra l-istat.

Mena, abbandunata minn familtha, issofri mid-dimenzja u tgħaddi l-jum tippakja u terġa’ toħroġ ħwejjiġha bil-ħsieb li se jiġi binha għaliha biex jeħodha d-dar. Mill-banda l-oħra, Ġużeppa tipprova tiffaċċja r-realtà qabel tmut billi tagħmel stqarrija ma’ binha – stqarrija li tħallih  konfuż u rrabjat.

F’nofs dan kollu, l-infermiera jippruvaw ilaħħqu ma’ dawn l-erba’ pazjenti mill-aħjar li jistgħu. U dan kollu f’jum wieħed, mimli xogħol.

Creative Team
Tyrone Grima (direttur), Alfred Buttigieg (kittieb)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
75 min
Ċert
18 +
Lingwa
Malti