MCAST ICA Festival


MCAST ICA Festival
L-MCAST ICA Festival twaqqaf bħala kunċett innovattiv għall-esibizzjoni annwali fi ħdan l-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST.
L-għan ewlieni ta’ dan il-festival huwa li jissaħħaħ l-għarfien u jinħoloq avveniment li jqanqal u joħloq stennija b’rabta mal-MCAST għas-snin li ġejjin. Dan seħħ għaliex kien hemm lok għal emanċipazzjoni; minn sempliċi esibizzjoni għal avveniment festiv li jiċċelebra l-Arti Kreattiva.
Dan il-festival artistiku jaħdem favur l-għaqda bejn l-Istitut għall-Arti Kreattiva ġewwa l-MCAST u l-bqija tal-komunità. Għaldaqstant, jirriżulta fi ftehim aħjar dwar dak li aħna u dwar dak li nagħmlu. Dan l-avveniment jiċċelebra l-kreattività u jservi bħala pjattaforma biex juri x-xogħol impenjattiv tal-istudenti f’kollaborazzjoni mal-industrija.
Martina Caruana – Director
Claire Flores/Jevon Vella – Deputy Directors
Various festival unit leaders tbc