
- This event has passed.

Train The Trainer – Inclusive Practice in the Creative Arts, by Opening Doors Association
Data u Ħin: Is-Sibt, 8 ta’ Frar, 2020, (9.00am-5.30pm)
Post: Studjow A, Studjow B u l-Atriju, ta’ Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn, prenotazzjoni meħtieġa
L-għan tal-proġett “Train the Trainer” huwa li jipprovdi żvilupp professjonali kontinwu lill-persuni li jaħdmu fis-settur tad-diżabilità u l-arti. Opening Doors Association għandha l-għan li b’dan it-taħriġ tipprovdi aktar opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali lill-għalliema u l-volontiera tagħha, li jiffoka fuq proċessi artistiċi kif ukoll fuq it-tagħlim. Il-programm ta’ taħriġ huwa maħsub ukoll għal artisti freelance, gradwati tal-arti performattiva u kull min jaħdem fis-settur tal-arti u l-komunità, biex ikompli jsaħħaħ il-ħiliet essenzjali tal-professjonisti u l-istudenti fl-arti u l-komunità. L-għan huwa li inħeġġu artisti, studenti u għalliema f’dan il-qasam biex jiksbu l-għarfien u l-kompetenzi meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu b’mod effettiv ma’ artisti b’diżabilità intellettwali.
Biex tirriżerva postok, jekk jogħġbok ibgħat imejl fuq openingdoorsmalta@gmail.com. Postijiet limitati u riżervati abbażi ta’ min-jiġi-l-ewwel-jinqeda-l-ewwel.
Nixtiequ li kulħadd igawdi minn dan l-avveniment mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok kun prudenti u tibbukkjax biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi
Kollaboraturi: Spazju Kreattiv u Arts Council Malta
Fondi: ‘Dan il-proġett ġie ffinanzjat minn Small Initiatives Support Scheme (SIS) immaniġjat mill- Malta Council for the Voluntary Sector (MCVS)’.
Skeda tal-Ġurnata
9.00 Reġistrazzjoni/ Kafé
9.30am Introduzzjoni: Tim Wheeler (Ko-Fundatur u eks- AD of Mind the Gap għal 26 sena, artist, konsulent tal-arti, lettur anzjan)
10.00-11.25 Douglas Comley (Moviment u Żfin fil-kuntest tal-Komunità)
11.25-11.35 – Pawsa għal bibita
11.35-13.00 Sara Accettura – (Iż-Żfin u l-Awtiżmu)
13.00 – 14.00 Pranzu
14.00 – 15.30 Rosetta Debattista (Il-Mużika u d-Diżabbiltà)
15.30-16.00 Pawsa għat-te
16.00 -17.30 Tim Wheeler (It-Teatru u d-Diżabbiltà)