Marlina the Murderer in Four Acts

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Marlina the Murderer in Four Acts

13 April 2018 - 27 April 2018

€6 – €7

Dati u Ħinijiet:
Il-Ġimgħa 13 April 2018, 8:30PM
Is-Sibt 21 April 2018, 8:30PM
Il-Ġimgħa 27 April 2018, 8:30PM

Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: Biljett ġenerali taċ-ċinema ta’ € 7 u € 6 għal-membri li juri l-Karta tas-Sħubija taċ-Ċinema

F’dan il-Western alternattiv mid-direttriċi-kittieba Indoneżjana Mouly Surya, l-armla Marlina (Marsha Timothy) trid taffaċċja assalt minn kap ta’ klikka criminali li jidħol f’darha. Hekk kif l-affari tkompli tisserja, Marlina trid tegħleb il-ħakkiem sadistiku tagħha u tiġġieled kontra l-forzi patriarkali usa’ li jorbtuha, filwaqt li – fit-tradizzjoni tal-Western – timbarka fuq vjaġġ trasformattiv.

Billi tilgħab b’ġeneru maskil bħall-Western, Surya tisfida l-konfini tar-rakkontar u tirrevedi formula klassika biex toħloq djalogu ġdid u alternattiv fiċ-ċinema Indoneżjana – wieħed li joħloq spazju għal stejjer ġodda minn perspettiva femminili. Surya tenfasizza t-temi tal-ġeneru u s-sess billi tesplora l-konvenzjonijiet tal-Western – il-pajsaġġ, il-vjolenza u l-vjaġġ – filwaqt li tindirizza wkoll tħassib relatat mal-esperjenzi tan-nisa kemm fl-Indoneżja u l-kuntest kulturali usa’. Imfaħħar waqt il-‘Cannes’ Director’s Fortnight’ u kkunsidrat bħala l-ewwel ‘Satay Western’ fi ħdan il-komunità tal-films, Marlina the Murderer in Four Acts għandhu karatteristiċi ta’ klassiku taċ-ċinema kult.

Dettalji

Bidu:
13 April 2018
Tmiem:
27 April 2018
Prezz:
€6 – €7
Event Category:
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=Marlina+the+Murderer+in+Four+Acts

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 90 min
Cert 18+
Language Indoneżjan (bis-sottotitoli bl-Ingliż)
Creative Team Mouly Surya (Direzzjoni); Rama Adi, Garin Nugroho & Mouly Surya (Kitba)
With the participation of Marsha Timothy, Egy Fedly, Dea Panendra, Yoga Pratama