MalTease (6th Edition)

MalTease (6th Edition)
MalTease – il-proġett ta’ fama nazzjonali ta’ Varjetà u Burlesque ispirat mill-atmosfera vivaċi tal-arterja prinċipali tad-divertiment fil-Belt Valletta – Strada Stretta, huwa ppjanat li jittella’ fi Spazju Kreattiv f’Mejju tal-2023.
Dan l-avveniment eżileranti se jerġa’ lura għas-sitt edizzjoni tiegħu b’iktar xinxilli minn qatt qabel. L-ispettaklu se jinvolvi atti, marbuta flimkien bi storja li se tieħdok fuq vjaġġ fl-ispazju u ż-żmien, fejn se jġibu lura l-aqwa żmien tal-cabaret Malti. Undine LaVerve, flimkien ma’ Spazju Kreattiv, hija impenjata li tkompli turi d-diversità u l-versatilità tal-arti tal-Burlesque, li mhumiex biss iż-żfin stil burlesque, iżda kummiedja, kant, ħiliet multidixxiplinarji, dinja ta’ satira, tlellix, ċajt doppju sens, kunfidenza kuntaġġjuża, divertiment u rix ukoll. Aħna impenjati li nħallu lill-artisti ta’ kull daqs, kulur, LGBTIQA+, ta’ kull età (’il fuq minn 18-il sena) u ġeneru joħolqu l-ispettaklu eċitanti li huwa MalTease!