Malta Indie Shorts July Edition

Loading Events
  • This event has passed.

Malta Indie Shorts July Edition

1 July 2021 @ 7:00 pm - 8:30 pm

L-1 ta’ Lulju 2021, 7:00pm – 8:30pm

Malta Indie Shorts hija prestazzjoni eċitanti għall-produtturi u appasjonati tal-films lokali.  Kull xahar ser nvaraw tlett films qosra li ġew prodotti u miġbuda hawn Malta, kif ukoll opportunità sabiex titkellmu mad-diretturi tagħhom.

Id-djalogu tal-udjenza mal-produtturi tal-films huwa vitali ħafna.  Il-pubbliku ser jingħata ċ-ċans sabiex jitgħallem dwar il-produzzjoni tal-film, permezz tal-artisti li jaħdmu direttament hawn f’Malta u f’Għawdex.

Nota: ‘Burst’ jinkludi fih xeni estiżi ta’ nudità kif ukoll ta’ effetti tad-dawl.  L-età rakkomandata hija dik ta’ sittax-il sena.

Programm tal-1 ta’ Lulju 2021

  • Marbut (2018) – Dir. Winston Azzopardi (Thriller)

Robert iqum l-għada taċ-ċelebrazzjonijiet fl-aħħar lejl ġuvni tiegħu marbut u mgħammad.  Fil-bidu jaħseb li kien vittma ta’ xi ċajta goffa … iżda malajr jireallizza li huwa safa maħtuf minn xi ħadd mill-passat tiegħu, b’intiża serjissima.

  • Dream Big, Little Cowboy (2019) – Dir. Aldo Zammit (Avventura):

James ta’ seba snin isir jaf li l-għalliem tiegħu ser jinbidel u ġej xi ħadd ieħor floku.   B’taħlita bejn il-biża u l-informazzjoni mhux kompluta dwar it-tutur il-ġdid tiegħu, ma tantx indumu ma’ naraw l-immaġinazzjoni fertili tiegħu titlaq tiġri bih.

  • Burst (2021) – Dir. Rachel Micallef Somerville (Sperimentali):

Meditazzjoni dwar il-moviment tal-ġisem, il-liberazzjoni u l-assurdità.

Malta Indie Shorts ġie maħluq u jitmexxa minn Andrew Bonello.  Għal aktar informazzjoni, u biex titgħallem dwar kif tista’ tissottometti il-film qasir tiegħek għall-kunsiderazzjoni, jekk jogħġbok ingħaqad mal-grupp ta’ Malta Indie Shorts! fuq Facebook.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
€6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 30min
Ċert
n/a
Lingwa
n/a
: