Malta Indie Shorts │ August Edition

- This event has passed.

Malta Indie Shorts │ August Edition
Data u ħin
Il-Ħamis 11 ta’ Awwissu 2022, 7pm
Malta Indie Shorts huwa avveniment eċċitanti għal produtturi tal-films u udjenzi lokali.
Kull xahar, aħna nuru 3 films qosra notevoli li ġew prodotti u ffilmjati hawn Malta, kif ukoll diskussjoni ma’ kull direttur. Din l-interazzjoni tal-udjenza hija vitali għall-produtturi tal-films. Il-pubbliku għandu l-opportunita’ li jitgħallem dwar il-produzzjoni tal-films, permezz ta’ artisti li jaħdmu f’ Malta u Għawdex.
Programm tal-11 ta’ Awwissu 2022:
- Beautiful Lie (2021) – Dir. Hristijan Kostovski (Drama):
Missier joħloq u jsostni dinja għanja u vibranti madwar ibnu li huwa għami, filwaqt li jipprova jipproteġi l-futur tiegħu. Is-sigrieti jaħbu l-verità. Iżda x’inhi l-“verità”? Dan kollu huwa biss gidba kbira u sabiħa.
(Aħna kuntenti li nħabbru li “Beautiful Lie” ser jieħu l-Malta Premiere tiegħu fl-avveniment tagħna tal-11 ta’ Awwissu!)
- This is Matt Mason (2022) – Dir. Jonathan Backman (Drama):
Matt Mason għandu ʼl fuq minn tletin sena u ċerti deċiżjonijiet f’ħajtu wassluh f’qagħda emozzjonali u finanzjarja statika. Filwaqt li jipprova jeħles lilu nnifsu mid-diffikultajiet tiegħu, huwa jsib is-sejħa tiegħu f’organizzazzjoni misterjuża.
- The Artist (2016) – Dir. Patrick Vella (Orrur):
Żewġ studenti żgħażagħ jaslu Malta, iżda jiskopru li l-arranġamenti tal-akkomodazzjoni li kienu għamlu fallew. Qassis reklużiv jgħin lil dawn iz-zgħażagħ permezz tal-offerta tiegħu li joqogħdu fil-farmhouse remota tiegħu. Iżda meta l-istatus mhux Kattoliku ta’ dawn iż-żewġ studenti żgħażagħ jiġi żvelat, tibda spirali ineżorabbli li twassalhom sabiex jiġġennu.
TWISSIJA: “The Artist” fih xena intensa ta’ dmija u vjolenza, u fih ukoll immaġni sesswali u reliġjużi. I’m
Malta Indie Shorts hija maħluqa minn Andrew Bonello. Għal aktar informazzjoni biex tissottometti l-film qasir tiegħek, jekk jogħġbok ingħaqad mal-Malta Indie Shorts!
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post