Loading Events

Malta Cafe Scientifique:
Pandemics – from Ebola to Covid. What have we learned?

3 March 2021 @ 7:00 pm - 9:00 pm

Sena ’il bogħod mill-ewwel każ tal-virus tal-COVID-19 f’Malta, l-avveniment imtella’ mill-Malta Café Scientifique jipprovdi spazju fejn in-nies tista’ tieqaf u tirrifletti ftit x’tgħallmet sal-illum.  Kollha kemm aħna, b’xi mod jew ieħor, qsamna l-esperjenza u l-isfidi li ġabet fuqna l-pandemija u kif niżżlet lid-dinja għarkuptejja. 

Bl-iżvilupp reċenti tal-vaċċin effettiv kontra l-istess pandemija, jidher li qed naraw xaqq ta’ dawl fl-orrizzont, iżda rigward żmien ta’ meta ser neħilsu minnu għadu xi ftit mċajpar. Għandna nirriflettu fuq kif wasalna sa fejn wasalna s’issa, u dwar kif nistgħu nipprevjenu xi pandemija oħra milli tfaqqa fis-snin li ġejjin.  Malta Café Scientifique stiednet lill-Dr Raquel Mediadela, epidemoloġista li ħadmet b’mod qawwi fuq il-viruses tal-Ebola u z-Zika, u li bħalissa hija parti mit-tim kontra l-COVID tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, u ser tkun tista’ tispjega x-xjenza wara l-pandemiji u tirrispondi l-mistoqsijiet tagħkom dwar il-COVID-19.

TIM KREATTIV
Danielle Martine Farrugia (Project Manager), Chris Styles (Organiser), Pavol Macejovsky (Assistants and poster designer), Jonathan Farrugia (Assistant)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
BLA ĦLAS
Konċessjonijiet
BLA ĦLAS
Tfal
BLA ĦLAS
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Jekk jogħġbok, kun prudenti u tibbbukkjax biljetti jekk m'intix ċert li ser tattendi. Jekk ibbukjajt u m'għadekx tista' tattendi ġentilment nitolbuk iċċempel il-box office fuq 2122 3200 biex tikkanċella l-booking tiegħek.

Venue Information

Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Studio B

Additional Information

Tul ta' Ħin
2h
Ċert
13+
Lingwa
Ingliż
: