LUX Audience Awards Screenings 2022

Loading Events
  • This event has passed.

LUX Audience Awards Screenings 2022

10 Mejju 2022 @ 7:30 pm - 9:30 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 8 Mejju 2022 at 8:30 pm

One event on 10 Mejju 2022 at 7:30 pm

Spazju Kreattiv, f’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew f’Malta, jippreżenta sensiela oħra ta’ wirjiet tal-finalisti tal-LUX Audience Awards 2022 għall-udjenzi lokali. Il-premju huwa mmudellat fuq l-eks Premju LUX, il-premju tal-films tal-Parlament Ewropew stabbilit fl-2007 bħala simbolu tal-impenn tal-Parlament Ewropew lejn il-kultura, u l-Premju tal-Għażla tan-Nies tal-Akkademja Ewropea tal-Films.

LUX kien maħsub biex jistabbilixxi relazzjonijiet kulturali madwar l-Ewropa billi jenfasizza films li jidħlu fil-qalba tad-dibattitu pubbliku Ewropew. Il-premju għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rabtiet bejn il-politika u ċ-ċittadini billi jistieden lill-udjenzi Ewropej biex isiru protagonisti attivi u jitfgħu l-vot tagħhom għall-films favoriti tagħhom.

Tliet films Ewropej ġew magħżula għat-tieni edizzjoni tal-LUX Audience Award Sabiex jintgħażel rebbieħ, għandna bżonn il-vot tiegħek. Jekk jogħġbok ikklassifika l-films li rajt billi tuża s-sistema ta’ punteġġ: stilla waħda – kwalità baxxa, sa ħames stilel – eċċellenti. Għandek sal-25 ta’ Mejju sabiex tivvota online, hawnhekk https://luxaward.eu/en.

  • Is-Sibt, is-7 ta’ Mejju fit-3.30 – “Flee”
  • Il-Ħadd, it-8 ta’ Mejju fit-8.30 – “Quo Vadis, Aida?”
  • It-Tlieta, l-10 ta’ Mejju fis-7.30 – “Great Freedom”

 

LUX Audience Awards: Flee

Tul: 1 hr 30min
Ċert: 15
Lingwa: Daniż
Sottotitli: Ingliż

Amin Nawabi (psewdonimu), akkademiku ta’ suċċess li għandu 36 sena, jitħabat minħabba sigriet li kkawżalu ħafna sofferenza u li żamm moħbi għal 20 sena; wieħed li qed jhedded li jfixkel il-ħajja li bena għalih innifsu u lil dak li dalwaqt ser ikun ir-raġel tiegħu. Irrakkontat prinċipalment permezz tal-animazzjoni lid-direttur Jonas Poher Rasmussen — il-ħabib tal-qalb tiegħu u sieħeb tal-klassi tal-iskola sekondarja, jirrakkonta għall-ewwel darba l-istorja tal-vjaġġ straordinarju tiegħu bħala tifel refuġjat mill-Afganistan.


LUX Audience Awards:Quo Vadis, Aida?

Tul: 1hr 43min
Lingwa: Ingliż, Kroat, Serb, Olandiż, Bosnijan
Sottotitli: Ingliż
Ċert: 15

Id-direttur rebbieħ ta’ “Grbavica: The Land of My Dreams” jirritorna bi dramm influwenti ffukat fuq wieħed mill-aktar mumenti ta’ għajb fl-istorja reċenti Ewropea. 

Srebrenica m’għadhiex biss l-isem ta’ belt. Tirrappreżenta l-agħar elementi tal-moħqrija umana kif ukoll att li ħafna kienu ttamaw li tneħħa mill-istorja Ewropea mat-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. Id-dram ta’ Jasmila Zbanic jiżvolġi fl-1995, hekk kif l-armata Serba daħlet fil-parti tal-belt tal-Bożnija l-aktar Musulmana. Aida hija traduttriċi għan-NU. Il-familja tagħha hija fost l-eluf ta’ ċittadini li qed ifittxu kenn fil-kamp tan-NU. Iżda bħala speċjalista fin-negozjati, hija għandha aċċess għal informazzjoni kruċjali li tpoġġiha f’pożizzjoni insostenibbli li tiddeċiedi bejn l-obbligu tagħha lejn dawk li tħobb u r-rwol li għandu impatt usa’. L-umanità ta’ Zbanic, li tibbaża l-istorja tagħha fuq livell relatabbli, fi ħdan avveniment li għal ħafna minna huwa impossibbli li nifhmuh, hija dik li tqiegħed lil “Quo Vadis Aida” f’pożizzjoni ferm ogħla mil-livell ta’ film standard tal-gwerra.


LUX Audience Awards: Great Freedom

Tul: 1hr 56min
Ċert: 18
Lingwa: Ġermaniż
Sottotitli: Ingliż

L-aħħar film mill-aqwa mill-kittieb-direttur Sebastian Meise, “Great Freedom” ipinġi stampa emozzjonanti tar-reżistenza u r-reżiljenza tan-nies omosesswali fil-Ġermanja ta’ wara l-gwerra. Permezz tas-senswalità u l-ispettakolarità tagħha, is-sottomissjoni uffiċjali tal-Awstrija għall-Premjijiet tal-Akkademja tal-2022 tħares b’mod umanistiku lejn passat ta’ qsim il-qalb. 

Dan id-dramm, li jiżvolġi fuq tliet deċennji, jiddelinea l-priġunerija ripetuta ta’ raġel wieħed skont il-Paragrafu 175 — liġi li tikkriminalizza l-attività omosesswali. Wara li jiġi “liberat” mill-forzi Alleati fl-1945, Hans jiġi trasferit direttament minn kamp ta’ konċentrament għall-ħabs sabiex itemm is-sentenza tiegħu. Hemmhekk, jifforma konnessjoni improbabbli ma’ sieħbu taċ-ċella Viktor, qattiel ikkundannat. Hekk kif lil Hans jarrestawh drabi oħra, relazzjoni li tibda b’disprezz tiffjorixxi f’xi ħaġa ferm aktar tenera.

Permezz ta’ prestazzjoni stellari u trasformattiva minn Franz Rogowski (Transit), “Great Freedom” jgħaqqad flimkien mumenti intimi tul iż-żmien biex jifformaw epika personali u politika. Fil-proċess, dan ir-rebbieħ tal-premju ta’ Cannes jirbaħ minħabba r-rappreżentazzjoni ħarxa tal-imħabba minkejja l-inġustizzja. 

Rebbieħ tal-Premju tal-Ġurija tal-Un Certain Regard fil-Festival tal-Films ta’ Cannes 2021.

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
B'xejn, prenotazzjoni meħtieġa
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a
: