Love Child

Loading Events

Love Child

28 November 2020 @ 8:30 pm - 10:20 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 1 December 2020 at 7:30 pm

One event on 8 December 2020 at 8:30 pm

One event on 13 December 2020 at 6:00 pm

Dati u Ħin

Is-Sibt, 28 ta’ Novembru, 2020, 8.30pm
It-Tlieta, 1 ta’ Diċembru, 2020, 7.30pm
It-Tlieta 8 ta’ Diċembru, 2020, 8.30pm
Il-Ħadd, 13 ta’ Diċembru, 2020,6.00pm

Love Child joffri ħarsa lejn ir-relazzjoni mhedda ta’ Leila u Sahand, koppja Iranjana li huma mġiegħla jaħarbu mit-Tehran għax ir-relazzjoni sigreta tagħhom u t-tifel illeġittimu huma meqjusa bħala reati, ikkastigati bil-mewt. Flimkien ma’ binhom Mani ta’ erba’ snin huma jsibu kenn fit-Turkija, b’ħolma ta’ ħajja ġdida, u kif attivament jfittxu l-ażil lejn il-Kanada jew l-Istati Uniti. Iffilmjati b’mod intimu fuq perjodu ta’ ħames snin, l-udjenza ssegwi sekwenza ta’ avvenimenti li din il-koppja kuraġġuza tgħaddi minnha biex ikunu sikuri flimkien bħala familja.

Dirett minn Eva Mulvad, il-film irċieva il-Premiere Dinji tiegħu fil-Festival Internazzjonali tal-Films f’Toronto u minn dakinhar ’l hawn intwera f’festivals kbar madwar id-dinja inklużi IDFA, CPH:DOX, Doc NYC u l-Festival Internazzjonali tal-Films f’Chicago fejn rebaħ il-Gold Hugo Award għall-Aħjar Dokumentarju. Dan l-aħħar intwera wkoll fil-Human Rights Watch Film Festival fir-Renju Unit.

 

“The emotion and drama of it all is staggering, and so are the stakes”

Indie Wire

 

“A feat of captivating storytelling…remarkable”

Variety

 

‘Riveting’

Observer

Ticket Information

Adulti
7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Additional Information

Tul ta' Ħin
1hr 51min
Ċert
12
Lingwa
Ingliż
: