Leaning Into The Wind: Andy Goldsworthy

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Leaning Into The Wind: Andy Goldsworthy

8 September 2018 - 20 September 2018

€6 – €7

Dati u Ħinijiet
Is-Sibt, 8 ta’ Settembru 2018, 8:30pm
Il-Ħamis, 20 ta’ Settembru 2018, 7:30pm

Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (Membri Klabb taċ-Ċinema)

Sittax-il sena wara l-ewwel kollaborazzjoni tagħhom fuq Rivers and Tides, film dokumentarju revoluzzjonarju, iċ-ċinematografu Thomas Riedelsheimer jirritorna b’ Leaning Into the Wind: Andy Goldsworthy, dokumentarju li jagħti ħarsa lejn l-iskultur u l-ambjentalist Brittaniku b’tali mod li jsammrek mas-siġġu.

Artist iċċelebrat fuq il-livell globali u rebbieħ ta’ diversi premjijiet, Andy Goldsworthy OBE huwa magħruf għal xogħlijiet ambjentati f’akkwati rurali u urbani li jħalltu flimkien materjali u kundizzjonijiet minn sitwazzjonijiet ta’ kuljum – it-tnejn xogħlijiet monumentali tal-arti u oħrajn illi jeżistu għal ftit sakemm jinbidlu jew jiġu mħassra minħabba fi proċessi naturali. Riedelsheimer, b’mod mill-iktar intimu, jaqbad l-esplorazzjoni tad-dinja ta’ Goldsworthy u lilu stess permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet effimeri u permanenti li jittrattaw il-pajsaġġ, l-ibliet u ġismu nnifsu.

Leaning Into the Wind jixħet dawl fuq il-ħsieb ta’ Goldsworthy u b’xeni mill-isbaħ jesplora l-modi uniċi tiegħu li bihom jittratta l-arti filwaqt illi jterraq minn ġewwa daru f’ Dumfriesshire lejn Franza, il-Brażil u l-Istati Uniti tal-Amerka hu u joħloq biċċiet tal-arti meraviljużi mid-dinja ta’ madwaru. Meditattiv, kommoventi u kapolavur fuq il-livell viżiv, dan huwa riflessjoni tal-prominenza dejjem tikber tal-individwu li jittratta, u kif ix-xogħol tiegħu jibqa’ jimpressjona u jservi ta’ ispirazzjoni.

 

Dettalji

Bidu:
8 September 2018
Tmiem:
20 September 2018
Prezz:
€6 – €7
Event Category:
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=Leaning+Into+The+Wind%3A+Andy+Goldsworthy

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 97 min
Cert 12
Language Ingliz
Creative Team Thomas Riedelsheimer (direzzjoni)
With the participation of Andy Goldsworthy, Holly Goldsworthy (atturi)