Latent Spaces Reframed – Malta

Loading Events

Latent Spaces Reframed – Malta

10 Diċembru 2022 - 15 Jannar 2023

Latent Spaces Reframed – Malta hija installazzjoni immersiva ta’ xogħlijiet speċifiċi għas-sit, immexxija minn Ana Baer Carrillo u Heike Salzer, taħt l-umbrella ta’ WECreate Productions. Din il-wirja, li tillokalizza l-bniedem f’pajsaġġi urbani u naturali, toffri opportunità t’awtoriflessjoni b’konnesjoni m’ambjenti differenti, u tqajjem mistoqsijiet ta’ kif wieħed iħossufi ħdan id-dinja. F’din l-installazzjoni, li tinkludi xeni tipiċi lokali kif ukoll internazzjonali, it-telespettatur huwa mistieden jesperjenza pajsaġġi mill-Iżlanda, l-Irlanda, il-Messiku, ir-Renju Unit u Malta.

Esplorazzjoni tal-produzzjoni tal-arti interdixxiplinarja ma’ artisti ta’ screendance, ħsejjes u tessuti, flimkien ma’ disinjaturi tal-kostumi u tax-xeni. Dawn ix-xogħlijiet tal-arti transdixxiplinarji jipprovokaw ix-xenqa għall-ħajja inqas magħġla u konnessjoni mill-ġdid man-natura, juru atmosferi metropolitani urbani kuntrastanti u jesploraw il-bdil ta’ postijiet urbani u naturali. Il-kollezzjoni tiġbor flimkien xogħlijiet ġodda u eżistenti, bi premier ta’ HinterTerra li ġiet żviluppata f’Malta fl-2022.


Tim Kreattiv:
Artisti: Ana Baer Carrillo, Heike Salzer
Ko-Kuraturi: Ana Baer Carrillo & Heike Salzer, Paula Guzzanti
Kollaboraturi Artistiċi u Tim Kreattiv: Robert Burton, Florinda Camilleri, Richard Hall, Ingi Jensson, Jack Laidlaw, Joaquin Lopez Chas, Michelle Nance, Eniko Szili, Rocio Luna Urdaibay Cheri Prough de Vol
Mexxejja tal-Proġett: Ana Baer Carrillo & Heike Salzer Concept, Direction, Camera, Editing: Ana Baer Carrillo & Heike Salzer
Koreografija u Żfin: Florinda Camilleri, Heike Salzer, Michelle Nance, Rocio Luna Urdaibay
Arti tat-Tessuti u Disinn tal-Kostumi: Robert Burton Music Composition: Richard Hall, Jack Laidlaw, Joaquin Lopez Chas, Christian Alexander Cruz Lineros, Luke Bramford, James Ryan, Brendan Pillay
Fotografija: Ana Baer Carrillo, Heike Salzer, Eniko Szili Production: WECreate Productions – Ana Baer Carrillo & Heike Salzer
Konsulent Artistiku: Florinda Camilleri
Appoġġ għall-Viżwalizzazzjoni u d-Disinn: Ingi Jensson
Disinn tax-Xenarju: Cheri Prough de Vol Accommodation and Hosting: Ingi Jensson, Narc
Internship Liaison u Outreach fl-Università ta’ Malta: Paula Guzzanti, Deborah Williams

Partners:
Appoġjat minn CRACE Centre for Research in Arts and Creative Exchange, University of Roehampton, London (UK) Texas State University Department of Theatre and Dance, San Marcos, TX. (US) Facultad Popular de Bellas Artes of the Universidad Michoacana de San Nicolás de Hidalgo, Morelia (MEX) Mima School of Art and Design, Teesside University, Middlesbrough (UK) School of Performing Arts, University of Malta, Msida (MT) Florinda Camilleri, artista indipendenti, Attard (MT) Narc Limited, Ta’ Xbiex (MT)

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta,

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a