LA PIETÀ – a videodance installation by Ruben Zahra

- This event has passed.

LA PIETÀ – a videodance installation by Ruben Zahra
3 Marzu 2022 - 17 April 2022
La Pietà’ huwa suġġett magħżul minn bosta artisti ta’ fama fejn jaddottaw il-figura tal-Madonna bil-ġisem mejjet ta’ binha fuqha.
Mingħajr dubju, l-aktar waħda famuża fosthom kollha hija dik minn Michelangelo Buonarrotti, imnaqqxxa minn blokka tal-irħam ta’ Carrara u li tinsab meqjuma fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. F’dan il-proġett, Zahra jirriproduċi “La Pietà” ta’ Michelangelo – u jdawwar il-pożizzjoni tal-Madonna u ta’ Kristu. Iż-żgħażugħ fl-ilbies monumentali ta’ Marija jilqa fi ħdanu lill-figura nuda femminili. It-tfajla, bħall-Kristu ta’ Michelangelo, ma tindika ebda emozzjoni turmentata. Tul il-koreografija, il-koppja tidħol f’nisġa ta’ relazzjoni li tiżviluppa u tevolvi fuq diversi emozzjonjiet, mill-inqas tgħanniqa sad-devozzjoni passjonali. Il-moviment huwa kkurat minn Ruben Zahra f’kollaborazzjoni mal-koreografa Francesca Tranter.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Informazzjoni fuq il-Post
Atrium Approach