Kisbiet Minsija

Loading Events
  • This event has passed.

Kisbiet Minsija

23 Lulju 2022 @ 8:00 pm - 9:00 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 23 Lulju 2022 at 8:00 pm

Dati u ħin
Il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju 2022, 8pm
Is-Sibt 23 ta’ Lulju 2022, 8pm

Id-dramm Kisbiet Minsija intwera f’bosta djar tal-anzjani madwar Malta fi żmien xahar. Wara dan il-perjodu intensiv, id-dramm ħa jintwera lil pubbliku f’żewġ serati fit-teatru ta’ Spazju Kreattiv. 

Ċensina hija mara t’ għoxrin sena, li tgħix f’Ħaż-Żabbar fis-sebgħinijiet. Bħalissa, fid-dar fejn qed tgħix, hemm ukoll in-nanniet tagħha, ommha, oħtha Marija, żewġha Frankie, u binha ż-żgħir Luka. Dar kemmxejn żgħira u storbjuża, iżda mimlija stejjer! L-istejjer tagħha mhumiex xi ħaga neċessarjament straordrinarja imma huma speċjali għaliex huma stejjer ta’ ħajjitha. Dawn l-istejjer jgħinuha tirrealizza x’tip ta’ mara trid issir.

Kisbiet Minsija huwa proġett ikkreat f’kollaborazzjoni mal-kommunità anzjana li jiffoka fuq l-esperjenzi tan-nisa anzjani li għandhom ‘l fuq minn 70 sena. Diversi nisa minn sfondi differenti ġew intervistati fuq it-trobbija tagħhom, il-ħajja tal-familjari tagħhom, u mumenti speċifiċi li għinuhom jikbru u jsiru n-nisa li huma llum. Din il-wirja teatrali tesplora l-esperjenzi tan-nisa fis-soċjetà Maltija lil hinn mil-perspettiva tradizzjonali tal-mara tad-dar.


Kisbiet Minsija ħa ssir f’Studio A ġewwa Spazju Kreattiv
Il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju 8-9pm (interpretata minn Robyn Vella)
Is-Sibt 23 ta’  Lulju 8-9pm (interpretata minn Daniela Grech)


Tim Kreattiv:
Annalise Ebejer- Produttur, Mexxej tal-Proġett, Uffiċjal tal-Aċċessibilità
Nicholas Gambin- Ko Produttur, direttur, maniġer tal-palk
Lara Aguis- Ko Produttur, direttur
Robyn Vella- Attur
Daniela Grech- Attur


Imsieħba: Eastern Regional Council, Gasan Mamo u Farsons

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€10
Konċessjonijiet
€8
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Studio A

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1 hr
Ċert
PG
Lingwa
Malti