Kisbiet Minsija

Loading Events

Kisbiet Minsija

22 Lulju 2022 @ 8:00 pm - 9:00 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 23 Lulju 2022 at 8:00 pm

Dati u ħin
Il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju 2022, 8pm
Is-Sibt 23 ta’ Lulju 2022, 8pm

Is-sena 2020 kienet sena diffiċli għal kulħadd, b’mod speċjali għall-anzjani.

Minkejja dan, ninsabu kburin li qed nippreżentawlkom ‘‘Kisbiet Minsija’’ – proġett għall-komunita` li jinvolvi nisa li għandhom sebgħin sena jew aktar, u li għandhom storja x’jaqsmu li tirrakkonta mument importanti f’ħajjithom li fih kienu kburin bihom infushom. Ġrajjiet bħal dawn jirriflettu mezzi fundamentali kif il-komunita’ tagħna tista’ taqsam it-tifkiriet u l-kisbiet= tagħha. Madankollu, matul iż-żmien, l-istejjer ta’ ħafna nisa anzjani ġew mittiefsa u miġbura taħt kappa waħda, jiġifieri ‘il-ġrajjiet tal-mara tad-dar’. Għalhekk, permezz ta’ dan il-proġett, ser inkunu qed nagħmlu intervisti ma’ nisa madwar Malta u Għawdex sabiex eventwalment niċċelebraw dawn ilkisbiet minsija tagħhom fi produzzjoni teatrali.


Tim Kreattiv:

Annalise Ebejer- Produttur, Mexxej tal-Proġett, Uffiċjal tal-Aċċessibilità
Nicholas Gambin- Ko Produttur, direttur, maniġer tal-palk
Lara Aguis- Ko Produttur, direttur
Robyn Vella- Attur
Daniela Grech- Attur

Imsieħba: Eastern Regional Council, Gasan Mamo u Farsons

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€10
Konċessjonijiet
€8
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Studio A

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1 hr
Ċert
PG
Lingwa
Malti