Kids Dig Science

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Kids Dig Science

8 April 2017 @ 3:00 pm - 5:00 pm

€5 – €7

Xjenza – Esperimenti – Pupazzi

Data u ħin: Is-Sibt 8 ta’ April 2017, 3.00PM
Post: Studjows A u B (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: €7 (tfal); €5 (adulti)

Età: 7+

It-tagħlim dwar ix-xjenza permezz tat-teatru, l-arti tal-pupazzi, u sessjonijiet prattiċi għat-tfal, huwa l-kunċett li jinsab fil-qalba tal-proġett interattiv Kids Dig Science.

Sitt produzzjonijiet teatrali bil-pupazzi ġew żviluppati bl-idea li kull wieħed minnhom jiżvela xi aspett intriganti tad-dinja xjentifika, filwaqt li jissimplifikaw u jagħtu xejra divertenti kemm jista’ jkun lil numru ta’ kunċetti kumplessi. Kull prestazzjoni hija mħejjija bl-għan li tkun interattiva sabiex it-tfal ikunu jistgħu jipparteċipaw fin-narrattiva tal-istorja.

Wara kull prestazzjoni, it-tim ta’ Kids Dig Science se jkunu qed iħejju sessjonijiet prattiċi għat-tfal fejn se jkunu jistgħu jesperimentaw, kemm fejn tidħol ix-xjenza u kif ukoll fejn tidħol l-arti, u jużaw il-kapaċitajiet kreattivi, u l-kurżità tagħhom sabiex jiżvelaw u jifhmu aktar mill-qrib id-dinja ta’ madwarhom.

Dawn is-sessjonijiet huma mfasslin b’tali mod li, b’mod speċjali, juru l-importanza tal-kreattività, u kif din mhijiex xi ħaġa li tinsab esklussivament fl-arti, imma li x-xjenza kważi kważi titlob ideat u soluzzjonijiet kreattivi sabiex tkompli tiżviluppa. Bl-istess mod, dawn is-sessjonijiet jisħqu fuq l-importanza li wieħed jistaqsi prattikament kollox u kull ma’ għandu x’jaqsam max-xjenza.

Dettalji

Data:
8 April 2017
Ħin:
3:00 pm - 5:00 pm
Prezz:
€5 – €7
Event Category:
Event Tags:
, , , ,
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=Kids+Dig+Science

Venue

Studjows
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Duration 120 min
Cert 7+
Language Ingliż
Creative Team Jessica Edwards, Karen Fiorini, Sean Briffa (animatur tal-pupazzi), Dr Edward Duca
With the participation of Malta Chamber of Scientists