Loading Events
  • This event has passed.

Kaxxa Infernali: Explosions

12 June 2021 @ 9:00 pm - 10:00 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 8 June 2021 at 9:00 pm

One event on 9 June 2021 at 9:00 pm

One event on 10 June 2021 at 9:00 pm

One event on 11 June 2021 at 9:00 pm

One event on 12 June 2021 at 6:00 pm

One event on 12 June 2021 at 9:00 pm

Dati u Ħin
It-Tlieta 8 ta’ Ġunju 2021, 8pm
l-Erbgħa 9 ta’ Ġunju 2021 8pm
Il-Ħamis 10 ta’ Ġunju 2021 8pm
Il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju 2021, 8pm
Is-Sibt 12 ta’ Ġunju 2021, 6pm
Is-Sibt 12 ta’ Ġunju 2021, 9pm
Il-Ħadd 13 ta’ Ġunju 2021, 5pm
Il-Ħadd 13 ta’ Ġunju 2021, 8pm

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Ġunju, wara l-ftuħ ta’ Kaxxa Infernali: Explosions, l-artist Jimmy Grima flimkien mal-moderatur Simone Spiteri se joħolqu spazju għal diskussjoni mal-udjenza dwar l-iżvilupp ta’ din il-produzzjoni teatrali.

Żmien ilu xi sajjieda Maltin (u dawk li jaħdmu n-nar) ġieli tellgħu bombi  minn Filfla [1] li jkunu għadhom ma ħadux. Din il-gżejra kienet użata fit-taħriġ militari, fejn ġiet ibbumbardjata minn bombi u torpedni  matul il-ħakma Ingliża (1800-1974).

“Kaxxa Infernali [2]: Explosions” hija biċċa xogħol solo tat-teatru li se tintwera  għall-ewwel darba f’Ġunju 2021 fi Spazju Kreattiv, il-Belt. Se tifrex pajsaġġ ta’ ‘ħoss’ ta’ vuċijiet, ħsejjes, storbju u rakkonti(personali u nazzjonali) marbutin ma’ diversi tipi ta’ splużjonijiet – militari, ritwalistiċi, artistiċi u kriminali – minn logħob tan-nar għal bombi,  fil-Gżira ta’ Malta.

Din is-sena Grima se jkun qed jaħdem fuq is-suġġett tal-isplużjonijiet wara li skopra diversi ġrajjiet li jistħoqqilhom aktar kontemplazzjoni fil-Gżira, wieħed mill-aktar postijiet ibbumbardjati fid-Dinja waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, bi storja politika mħawda fis-snin 70 u 80 u aktar riċenti b’sensiela ta’ karozzi-bomba uinċidenti fil-fabbriki tan-nar, li ġabu bosta traġedji u mwiet tul is-seklu li għadda.

Matul ir-riċerka u t-taħdidiet, l-artist silet  ukoll mill-istorja personali tiegħu: il-familja tiegħu għandha tliet ġenerazzjonijiet involuti fin-nar u qrabatu jgħixu fir-raħal kwiet tal-Qrendi [3], pass ‘il bogħod minn Filfa.

Is-skiet sar għandu siwi kbir f’dan ix-xogħol.

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Ġunju, wara l-ftuħ ta’ Kaxxa Infernali: Explosions, l-artist Jimmy Grima flimkien mal-moderatur Simone Spiteri se joħolqu spazju għal diskussjoni mal-udjenza dwar l-iżvilupp ta’ din il-produzzjoni teatrali.


  1.  Filfla hija gżejra zgħira, mingħajr nies jgħixu fuqha, 4.5 kilometri (2.8 mili) nofsinhar ta’ Malta, u hija l-punt l-aktar fin-nofsinhar tal-Arċipelagu Malti. Filflu (jew filfluu), gżejra żgħira ġeblija xi 101 metri (331-il pied) fl-Ilbiċ ta’ Filfla, għandha l-punt l-iktar fin-nofsinhar ta’ Malta.
  2.  Kaxxa (Għadd ta’ fetqiet (tip ta skartoċċippustjat bi stilel jew beraq)  illi jkunu kkumnikati flimkien permezz ta’ mazzi, biex imbgħad jiġu maħruqa wara xulxin) tiegħla bla waqfien u b’ħafna storbju, li ġenerlament tinħaraq filgħaxija. Jingħad li kien hemm qassis jara l-kaxxa tiegħla u semgħuh jgħid, “Kemm hemm nar, qisha l-infern!”(s. Kaxxa Infernali Carlston Grima) 
  3.  Qrendi huwa raħal żgħir fin-nofsinhar ta’ Malta, b’popolazzjoni ta 2752 minn Marzu 2014. Huwa jinsab qrib tal-Imqabba, iż-Żurrieq u s-Siġġiewi. Fil-limiti tiegħu hemm żewġ tempji Neolitiċi magħrufin, li jisimhom l-Imnajdra u Ħaġar Qim. F’dan ir-raħal isiru żewġ festi fis-sena. Il-festa tal-Madonna ta’ Lourdes tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta’ Ġunju jew l-ewwel Ħadd ta’ Lulju, filwaqt li l-15 t’Awwissu hi l-festa titulari tat-tlugħ tal-Madonna fis-sema. Din il-festa magħrufa bħala Santa Marija.

TIM KREATTIV

KUNĊETT U ĦOLQIEN
Jimmy Grima

KITBA’
Jimmy Grima and Joachim Robbrecht

DRAMATURGU
Maria Rößler

DISINN TAL-ĦOSS
Mario Sammut

DISINN TAS-SET
Adrian Mamo

KONSULENT TEKNIKU
Godfrey Farrugia

ASSISTENT TAR-RIĊERKA
Sean Decelis

TRASKRIZZJONIJIET U TRADUZZJONIJIET
Julia Camilleri

SIEĦBA TAL-KONVERSAZZJONI
Mark Anthony Falzon
Florian Malzacher

MANIĠER TAL-PRODUZZJONI
Stephanie Bonnici

Dan il-proġett huwa ko-produzzjoni bejn Spazju Kreattiv u the rubberbodies collective ta’ Jimmy Grima

Collage minn Ira Brand

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€20
Konċessjonijiet
€15
Tfal
€12 (tfal sa 12-il sena)
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
On Demand: €7

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
60 min
Ċert
U
Lingwa
Malti b'sottotitoli bl-Ingliż