Katya – Trans Icon & Trailblazer

Loading Events

Katya – Trans Icon & Trailblazer

16 Diċembru 2022 - 27 Jannar 2023

Hija kienet tipprovoka sentimenti kunfliġġenti minn dawk l-aktar qrib tagħha, iżda kull min kien jaf lil Katya Saunders jaqbel fuq punt wieħed – hija kienet mara li għexet il-verità tagħha, irrevelanti minn kollox. Issa, wara ftit aktar minn tliet snin mill-mewt tagħha, se niċċelebraw il-ħajja ta’ Katya b’esibizzjoni li tenfasizza l-faċċati differenti ta’ waħda mill-ewwel nisa transġeneru li kissret il-fruntieri f’termini ta’ diversità u inklużjoni sesswali f’Malta.

Ikkumplimentata mit-tnedija tal-bijografija uffiċjali tagħha, miktuba minn Ramona Depares, il-katalgu ta’ ritratti, ħwejjeġ u memorabilja murija f’din l-esibizzjoni se jeħduna fuq vjaġġ biex insiru nafu lill-vera Katya.

 

Tim Kreattiv:

Margerita Pule (Project Manager)
Ramona Depares (Author)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju A, Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a