Kartolina Milied

Loading Events

Kartolina Milied

16 Diċembru 2021 - 9 Jannar 2022

 

Lydia Abela tniedi t-tieni edizzjoni ta’  ‘Kartolina Milied’

Bi pjaċir għal sena oħra Spazju Kreattiv qiegħed jikkolabora mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru għat-tieni edizzjoni ta’ Kartolina Milied.

Hija stedina nazzjonali lit-tfal kollha taħt is-16-il sena biex ikunu l-artisti li jiddisinjaw il-kartolina tal-Milied li se tkun qed tintbagħat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-festi li ġejjin.

Kartolina Milied 2021 se tieħu xejra differenti għax l-istedina se tkun miftuħa għal kull tifel u tifla f’Malta u f’Għawdex bejn l-età ta’ 4 u 16-il sena.

It-tfal qed ikunu mistiedna wkoll biex, aparti t-tpinġija, jiktbu messaġġ sabiħ biex jiġi inkluż fin-naħa ta’ ġewwa tal-kartolina tal-Milied.

Is-sottomissjonijiet fetħu fit-18 ta’ Novembru 2021, u se jagħlqu fit-3 ta’ Diċembru 2021 u għandhom jintbagħtu bil-posta fuq l-indirizz “Kartolina Milied, Uffiċċju tal-Prim Ministru, Berġa ta’ Kastilja, Valletta”, jew fuq l-email kartolinamilied@gov.mt.

Ix-xogħol artistiku tat-tfal kollha se jkun esebit f’wirja fi Spazju Kreattiv bejn is-16 ta’ Diċembru 2021 sad-9 ta’ Jannar 2022.


Il-linji gwida jinsabu hawn: https://opm.gov.mt/mt/Documents/Kartolina-Milied-Guidelines-MT.pdf

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
n/a
Cert
n/a
Language
n/a