Italo Disco Legacy – Film Screening

Loading Events
  • This event has passed.

Italo Disco Legacy – Film Screening

24 Awissu 2022 @ 7:00 pm - 8:30 pm

Vjaġġ lejn il-passat u l-futur tal-ġeneru mużikali Italo Disco rrakkontat mil-lenti tal-eroj oriġinali tas-snin tmenin u DJs leġġendarji, flimkien ma’ ġenerazzjoni ġdida ta’ artisti, xandara tar-radju u segwaċi li huma dejjem minn ta’ quddiem biex iħaddnu l-legat tal-Italo Disco.

F’dan id-dokumentarju se naraw filmati oriġinali u rari mis-snin tmenin, filmati spontanji u ntervisti ma’ artisti u dj’s bħal Fred Ventura, Rago & Farina, Flemming Dalum, Steen Gjerulff (Body Electric), The Hacker, DJ Hell, Alexander Robotnick, Scotch, Albert One, Ken Laszlo, Martinelli, P. Lion, Koto, Brian Ice, Fancy, Brand Image, Marcello Catalano, Linda Jo Rizzo, Italove, Surf Dancer, Roberto Turatti, Sandro Codazzi, Daniele Baldelli, Marcello D’Azzurro, u I-F.

Qabel il-wiri ta’ dan id-dokumentarju, l-artist / dj Malti Volph ħa jdoqq DJ set ta’ nofs siegħa. Din l-attivita’ hija mnedija minn Electronic Music Malta u tifforma parti mill-programmi ta’ Circuits u Spazju Kreattiv.

Electronic Music Malta hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
EUR 8
Konċessjonijiet
EUR 7 for EMM members & Concession
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 19m
Ċert
n/a
Lingwa
English / Italian (with Subtitles)
: