INSULAR

Loading Events

INSULAR

19 Jannar 2023 - 19 Frar 2023

INSULAR huwa proġett fotografiku li jiffoka fuq il-ħajja ta’ kuljum u d-destin ta’ rġiel żgħażagħ mid-dijaspora Afrikana, li m’ilhomx ħafna li bdew jgħixu Malta. Dan joffri stampa sensittiva ta’ din il-komunità ġdida, u n-nisġa ta’ ritratti, pajsaġġi u arti ta’ natura mejta toħloq narrazzjoni poetika li tipprova toħloq sens ta’ appartenenza; simili għal dar li qed tinbena bejn hawn u hemmhekk.

Interessata dwar kif il-migrazzjoni u l-mobbiltà l-ħin kollu jagħtu forma ġdida lill-immaġinazzjoni viżiva ta’ post, l-artista tesplora temi ta’ identità, dijaspora u ibridazzjoni kulturali fi ħdan it-topografija u t-temporalità speċifika tal-ispazju Malti, fejn se jingħaqdu l-immaġinarji u permezz tal-fotografija tagħha, se telabora l-figura ta’ suġġett kontemporanju, iswed u politiku.

Artist : Cédrine Scheidig

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju B, Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a