Inaction is a Weapon of Mass Destruction

Loading Events

Inaction is a Weapon of Mass Destruction

28 Ottubru 2022 - 4 Diċembru 2022

Inaction is a Weapon of Mass Destruction (L-Inazzjoni hija arma tad-Distruzzjoni tal-Massa) huwa proġett artistiku mmirat sabiex jixħet dawl fuq il-proċessi medjatiċi u kif dawn jintużaw biex ixerrdu l-informazzjoni fuq il-gwerra u l-impatt li jħallu fuq l-osservatur.

L-esibizzjoni tirrifletti l-preokkupazzjonijiet tal-artist dwar il-fabrikazzjoni, l-editjar u t-tgħawwiġ tal-informazzjoni li l-persuni lil hinn miz-zoni tal-kunflitt ikunu esposti għalihom. Il-periklu ta’ dan kollu huwa serju ħafna għax jista’ jibdel l-opinjoni pubblika dwar kwistjonijiet umanitarjani u azzjonijiet militari. Il-proġett huwa maħsub sabiex jipprovoka lill-viżitatur b’numru ta’ xogħlijiet analitiċi, ironiċi, u kultant, anke ċiniċi li huma bbazati fuq immaġnijiet attwali, fittizji u anke fuq xogħlijiet filosofiċi. Esperti mill-oqsma tal-ġurnaliżmu, tal-films, tal-arti, tal-edukazzjoni u tal-militar huma mistennija jikkontribwixxu f’numru ta’ diskussjonijiet u workshops.

ARTIST
Darren Tanti

KURATUR
Melanie Erixon

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazji

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a