Loading Events
  • This event has passed.

In Fabric – Special Halloween Screening

31 October 2019 - 2 November 2019

Dati u Ħinijiet:

Il-Ħamis, 31 t’Ottubru, 2019, 7.30pm
Is-Sibt, 2 ta’ Novembru, 2019, 8.30pm

Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club)

In Fabric, l-iżjed biċċa xogħol riċenti mill-ħsieb uniku ta’ Peter Strickland, hija ġrajja tipikament distintiva  li ssaħħar u li ġġib flimkien l-orrur li għandu mill-ġeneru tal-Giallo u l-umoriżmu oskur assurdist lejn effett imsaħħar.

Ambjentat fl-isfond ta’ perijodu impenjattiv ta’ sales tax-xitwa fi stabbiliment misterjuż fil-wied ta’ Thames, il-film isegwi l-vjaġġ ta’ libsa ħamra misħuta daqskemm sabiħa hekk kif din tgħaddi minn persuna għall-oħra b’konsegwenzi mill-iżjed devastanti.

Meta Sheila Woolchapel (Marianne Jean-Baptiste) tispiċċa sabiex tixtri dan l-oġġett xejn prevedibbli wara l-insistenza tal-bejjiegħa fl-istabbiliment, donnu din il-mara ddivorzjata u solitarja ssib xi ftit tax-xorti rari, u l-kunfidenza tagħha tispiċċa tieħu spinta ’l quddiem grazzi għas-sura li din il-libsa tieħu fuqha. Band’oħra din il-libsa tispiċċa tidħol fil-ħajja ta’ wieħed kważi kważi sfortunat li jsewwi l-magni tal-ħasil u l-għarusa tiegħu Babs (Hayley Squires), li malajr jispiċċawisiru vittma tal-poteri seduċentital-libsa u tal-influwenza ipnotika tagħha.

Meta l-libsa tibda tkun ta’ piż għas-sidien tagħha, huma malajr jiskopru li huwa prattikament  impossibbli li wieħed jeħles minnha, u li kull min ried ibigħha aktarx qiegħed jaħbi sigriet oskur.

F’dan ix-xogħol ta’ Strickland li jsegwi lil THE DUKE OF BURGUNDY u  BERBERIAN SOUND STUDIO jdhru wkoll Gwendoline Christie, Julian Barratt, Steve Oram u l-kollaboratriċi regolari Fatma Mohamed, bi skor indimentikabbli ta’ Cavern of Anti-Matter.

Ticket Information

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Venue Information

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Additional Information

Tul ta' Ħin
118 -il minuta
Ċert
15
Lingwa
n/a
: