Il-Qarċilla 2022

Loading Events
  • This event has passed.

Il-Qarċilla 2022

27 Frar 2022 @ 7:00 pm - 8:00 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 26 Frar 2022 at 8:00 pm

One event on 27 Frar 2022 at 7:00 pm

Data u ħin
Il-Ġimgħa 25 ta’ Frar 2022, 8pm
Is-Sibt 26 ta’ Frar 2022, 8pm
Il-Ħadd 27 ta’ Frar 2022, 7pm

In-Nutar Ġużi Loffreda ma jaqta’ qalbu minn xejn. Kienet sena oħra ta’ taqtigħ il-qalb, iżda l-ħajja ma tistax tieqaf. Mhux talli, talli ddeċieda li jħabrek iżjed, u l-kuntratti sar jagħmilhom tlieta tlieta. Il-klijent jinqeda, u hu jitħallas ta’ tlieta fil-ħin ta’ wieħed! Kulħadd kuntent!

Iżd’huma kuntenti? Benji-K, il-preżentatur-mudell-influwenzer u t-tfajla tiegħu l-kantanta Krista-lina, huma henjin flimkien? U r-Reverendu Johnny Bendu vera jemmen li, praise the Lord, Mattea Grech għandha tkun martu? U Daren Callus u Wendy Thermos huma vera maħbubin jew sempliċiment magħqudin flimkien biss sakemm hemm xi protesta għaddejja?

Imnalla hemm il-Perit Frankie Concrete u t-Tabib JP Zammit, it-tnejn kandidati fuq l-istess distrett, jgħinuhom jagħmlu l-għażliet tajbin. Ovvjament, sakemm ma jfixkilx kollox l-Ispettur tas-Saħħa, is-Sur Klin de Chanteclair! Iżda fi kliem l-illustri Nutar Loffreda:

Evviva l-Qarċilla
Evviva dal-kuntratt
Għax f’dan it-taħwid kollu
Hi biss li ma tmut qatt!

Taħdita Teatru | Is-Sibt 26 ta’ Frar

Ingħaqad magħna għal edizzjoni oħra ta’ Taħdita Teatru dwar Il-Qarċilla ma’ Dr Olvin Vella, il-kittieb Trevor Zahra u l-kittieb-mużiċist Alex Vella Gregory.

Ir-riċerka li saret dwar il-qarċilla l-qadima kif kienet issir fi żmien il-Kavallieri tagħtina aktar informazzjoni dwar l-ambjent tagħha fit-toroq u għaliex il-kontenut discursiv tagħha beda jinbidel u sar aktar aċċettabbli soċjalment f’għajnejn udjenza konservattiva. Min mindu reġgħet bdiet titella’, il-qarċilla kellha tadatta ruħha għar-realtajiet kontemporanji u dan wassal għal bidla fil-kontenut tal-kitba tagħha u fl-ambjent fejn iseħħ.


CAST
Nutar Gużi Loffreda – Matthew Balzan
Tabib Dr. J.P. Zammit – Patrick Tanti
Perit Frankie Concrete – Fabio Mifsud
Spettur Klin De Chanteclair – Sandro Vella
Benji-K – Karl Schembri
Krista-Lina – Rachel Micallef
Rev. Johnny Bendu – Nathaniel Galea
Mattea Grech – Maria Galea Farrugia
Darren Callus – Ryan Galea
Wendy Termos – Stephanie Sacco

MUŻIĊISTI
Albert Garzia (Accordion)
Kim Mercieca (Saxophone)
Matthew Vella (Percussion)

CREW
Kitba – Ċikku l-Poplu
Produzzjoni u Direzzjoni – Joseph Galea
Assistenta tal-produzzjoni – Svetlana Camilleri
Arranġamenti Mużikali – Albert Garzia
Kostumi – Louie Noir / Marika Zarb
Irtokk – Make up by Dea / Deandra Bugeja
Stage Manager/props – Michael Carol Bartolo
Disinn tad-dawl – Fabio Mifsud


Il-Qarċilla hija parti mill-Karnival ta’ Malta 2022, organizzat minn Festivals Malta. 

Dan huwa dramm satiriku u s-sigaretti qed jintużaw fil-kuntest tagħhom

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€10
Konċessjonijiet
€7 (Balcony seats: €7 )
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
45 min
Ċert
15+
Lingwa
Malti