Il-Ħajja, Il-Mewt, In-Nisa – It-Tnedija

Loading Events
  • This event has passed.

Il-Ħajja, Il-Mewt, In-Nisa – It-Tnedija

15 Diċembru 2020 @ 7:00 pm - 9:00 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 14 Diċembru 2020 at 7:00 pm

One event on 15 Diċembru 2020 at 7:00 pm

Wara li kellhom iħassru l-kunċert ta’ debutt tar-raba’ album tagħhom ‘Il-Ħajja, il-Mewt, In-Nisa’, li kien tant u tant mistenni, sa fl-aħħar ‘Brikkuni’ ser ikunu jistgħu jagħtu prestazzjoni mill-aqwa ta’ dawn id-diski għall-ewwel darba, b’mod esklussiv lill-udjenza limitata fuq medda ta’ tlett kunċerti intimi li ser jittellgħu fi Spazju Kreattiv.

Id-duo Taljan ‘Edgar Allan Paul’ ser ikunu l-artisti mistiedna.

Għas-sigurta’ ta’ kull individwu, il-biljetti ta’ din il-prestazzjoni live fit-Teatru ta’ Spazju Kreattiv huma limitati biex nosservaw id-distanza soċjali.

Alternattivament, tista’ ssegwi trażmissjoni LIVE nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru mill-kumdita’ ta’ darek permezz tal-livestream tagħna.

Ticket Information

Adult
€15 / €7
Concessions
€12 / €7
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
2h
Cert
15
Language
Malti