Loading Events
  • This event has passed.

Idiot Prayer
Nick Cave Alone at Alexandra Palace

21 November 2020 @ 8:30 pm - 10:30 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 29 November 2020 at 8:30 pm

Dati u Hin 

Is-Sibt, 21 ta ’Novembru, 2020, 8.30pm
Il-Ħadd 29 ta ’Novembru 2020, 8.30pm

Idiot Prayer – Nick Cave Alone at Alexandra Palace huwa film li fih Nick Cave idoqq diversi mill-kanzunetti tiegħu fuq il-pjanu f’xeni li huma kemmxejn rari u li jeħduna lura għall-Bad Seeds u Grinderman sa l-aħħar album u suċċess riċenti ta’ Nick Cave u The Bad Seeds, Ghosteen.  Il-film jinkludi diski bħal Into My Arms, The Mercy Seat, Higgs Boson Blues u Girl In Amber.  Miġbud f’Ġunju 2020, u bil-ħsieb li jkun avveniment onlajn biss, il-fanatiċi kollha issa jistgħu jaraw il-film fiċ-ċinemas b’biċċiet estiżi li jinkludu siltiet minn erba’ prestazzjonijiet li qatt ma ntwerew qabel.

 

Il-film ġie miġbud f’perjodu fejn l-Ingilterra kienet għadha qed tirpilja mill-lockdown, u huwa prodott ta’ reazzjoni għas-seklużjoni u l-iżolament li preċedewh fix-xhur ta’ qabel.  Idiot Prayer huwa suvenir minn mument partikolari u stramb fl-istorja moderna.  Il-prestazzjoni ġiet miġbuda miċ-ċinematografu ta’ fama Robbie Ryan (The Favourie, Marriage Story, American Honey) fis-sbuħija impekkabbli tal-West Hall fl-Alexandra Palace. Dan ġie editjat minn Nick Emerson (Lady Macbeth, Emma, Greta) u l-mużika ġiet irrekordjata minn Dom Monks.

Ticket Information

Adulti
€12
Konċessjonijiet
€10
Tfal
N/A
Cinema Club Members
N/A
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Venue Information

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Additional Information

Tul ta' Ħin
1hr 58min
Ċert
N/A
Lingwa
n/a
: