Loading Events
  • This event has passed.

ħożż il-ħsejjes

15 November 2019 - 15 December 2019
With the participation of
Gabriel Caruana Foundation (Malta), Instrument Inventors Initiative (Netherlands), Mighty Box (Malta). Dan il-proġett hu megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti - Malta Arts Fund u ŻiguŻajg Festival.
Creative Team
Raffaella Zammit, Elyse Tonna, Wen Chin Fu, Marvin Zammit u Andrea Pullicino.

Ticket Information

Adult
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Spazji

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
n/a
Cert
n/a
Language
n/a

Dati: Il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru – Il-Ħadd, 15 ta’ Diċembru 2019
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn

ħożż il-ħsejjes jirrifletti fuq l-ambjent fraġli tagħna, kif aħna nirrelataw mal-inħawi tagħna, u kif komunità tista’ terġa’ t(ir)interpreta l-ambjent tagħha. Ispirat mir-relazzjoni intrinsika bejn il-prattika artistika ta’ Gabriel Caruana, speċifikament it-tafal li kien il-materjal favorit tiegħu, u l-użu tal-Mitħna – Ċentru tal-Arti, Kultura u Snajja’, Birkirkara, it-Tim Kreattiv ħadem ma’ żewġ materjali b’relazzjoni twila ħafna – it-tafal u il-qamħ. It-Tim, magħmul minn Raffaella Zammit, Elyse Tonna, Wen Chin Fu, Marvin Zammit u Andrea Pullicino, jistiden parteċipanti ta’ kull età, speċjalment it-tfal u ż-żgħażagħ. ħożż il-ħsejjes huwa esperjenza li tmiss, tisma’ u tara, li tistieden lill-viżitaturi biex isiru parteċipanti fejn ikunu jistgħu joħolqu kompożizzjoni mużikali u viżiva kollettiva, u li dejjem tinbidel.

Din il-wirja hija indirizzata lil udjenzi ‘il fuq minn 8 snin.
Ġentilment nitolbu li t-tfal ikunu akkumpanjati minn adulti minħabba l-installazjoni.

Ħajr għar-ritratt: Elyse Tonna u Raffaella Zammit

Bħala parti mill-Festival ta’ ŻiguŻajg 2019, ħożż il-ħsejjes ser jinkludi serje ta’ workshops.  Agħfas hawn għal aktar informazzjoni!