Happy Chinese New Year Film Festival 2021

Loading Events
  • This event has passed.

Happy Chinese New Year Film Festival 2021

9 Frar 2021 - 18 Frar 2021

Fist of Legend

Data u ħin: It-Tlieta, 9 ta’ Frar, 2021, 7.30pm
Tul: 1hr 43min
Lingwa: Ċiniż b’sottotitli bl-Ingliż
Ċert: 18

Student Ċiniż taʼ l-arti marzjali Chen Zhen (Jet Li) qed jistudja fi Kyoto, il-Ġappun, meta l-imgħallem tiegħu nqatel f’taqtiegħa kontra Ryuichi Akutagawa (Jackson Liu).

Huwa rritorna lura f’beltu, Shanghai li hija okkupata mill-Ġappun fl-1937, u Chen jisfida lill-Ryuichi għall-ġlieda u jegħlbu faċilment. Jikkonkludi li l-imgħallem tiegħu inqatel, u Chen jikkonferma dan wara li jordna awtopsja. Sadanittant, tibda timxi l-kelma tal-ħiliet tal-arti marzjali tiegħu u jiġru warajh diversi studenti bit-tama li jistudjaw miegħu. Dan iqanqal għira liema bħala fit-tifel tal-imgħallem tiegħu, Huo Ting-An (Chin Siu)


Farewell My Concubine

Data u ħin: L-Erbgħa, 10 ta’ Frar, 2021, 8.30pm
Tul: 2hr 37min
Lingwa: Ċiniż b’sottotitli bl-Ingliż
Ċert: 15

Fl-1924, iż-żgħażugħ Cheng Dieyi (Leslie Cheung) jibda t-taħriġ fil-Beijing Opera House, fl-istess żmien ta’ Duan Xiaolou (Fengyi Zhang). Cheng jispeċjalizza fl-interpretazzjonijiet ta’ partijiet femminili, ta’ spiss kontra l-interpretazzjoni maskilista u dominati ta’ Duan.  Filwaqt li fuq il-palk jilgħaba tar-romantiku, Cheng jibda jiżviluppa sentimenti romantiċi fil-konfront ta’ sieħbu, liema emozzjonijiet mhumiex reċiprokati.  Fuq medda ta’ 50 sena, iż-żewġt irġiel iżommu ħbiberija kkumplikata hekk kif iċ-Ċina tgħaddi minn diversi bidliet u taqlib.


Shock Wave

Data u ħin: Il-Ġimgħa, 12 ta’ Frar, 2021, 6.30pm
Tul: 1hr 59min
Lingwa: Ċiniż b’sottotitli bl-Ingliż
Ċert: 15

Ambjentat f’Hong Kong, Shock Wave jirrakkonta l-istorja tal-battalja bejn espert tad-diżarmament tal-bombi Zhang Zaishan (Andy Lau) u l-moħħ wara inġenji splussivi interpretat minn Wu Jiang. Zhang jilbes ilbies protettiv li jiżen ħafna u jrid juża l-intellett professjonali kollhu tiegħu biex isalva l-belt ta’ Hong Kong – kif ukoll l-imħabba ta’ ħajtu!


Once Upon A Time in Tibet

Data u ħin: Is-Sibt, 13 ta’ Frar, 2021, 5.30pm
Tul: 1hr 36min
Lingwa: Ċiniż b’sottotitli bl-Ingliż
Ċert: 12A

Fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-pilota Amerikan Robert Smith huwa parti mill-isforz biex jgħin liċ-Ċina fil-ġlieda kontra l-forzi Ġappuniżi. Matul missjoni ta’ merkanzija mill-Indja lejn iċ-Ċina, l-ajruplan tal-merkanzija tiegħu jaqa’ x’imkien fit-Tibet. Yongcho hija omm żagħżugħa, u t-tribù li tappartjeni għalih jiddixxendenti mir-Renju tal-Ħażen, li kien maħkum mir-Re eroj Gesar ħafna snin ilu. Minn età  bikrija, hi kienet maqtugħha mit-tribù tagħha stess, għaliex kien maħsub li hija “mara misħuta” u inkarnazzjoni tal-ħażen.  Wara li salva mill-waqgħa, Robert jipprova jsib triqtu lura lejn il-miġemgħa tiegħu, imma l-elementi ħorox huma kważi iktar b’saħħithom mir-rieda tiegħu li jsalva: u jsib ruħu f’maltempata li fiha jħossu ħażin.  Robert isegwi l-passi tan-nies u jiltaqa’ mat-tribù.  Robert huwa meqjus bħala “mostru” mit-tribù minħabba l-karnaġġun tiegħu. In-nies jaħsbu li l-wasla tal-barrani hija meqjusa bħala sinjal ħażin ieħor, hekk Yongcho, il-“mara misħuta”, tiġi afdata bid-dmir li tieħu ħsiebu u jibgħatu u li tibgaħtu l’hemm wara li jirkupra. F’dan l-ambjent, fejn hemm ftit spazju għal sentimenti individwali u n-natura hija spiss ostili, kemm Robert u Yongcho se jitgħallmu jsiru jafu lil xulxin kif ukoll lilhom infushom. Issa, flimkien u iktar b’saħħithom minn qatt qabel, dawn iż-żewġt erwieħ mitlufa jistgħu jwettqu d-destin tagħhom f’dan il-vjaġġ uniku.


Buddha Mountain

Data u ħin: Il-Ħadd, 14 ta’ Frar, 2021, 5.30pm
Tul: 1hr 45min
Lingwa: Ċiniż b’sottotitli bl-Ingliż
Ċert: 15

Meta jiġu mkeċċija mill-appartament tagħhom f’belt provinċjali fit-Tramuntana taċ-Ċina, kantanta żgħażugħa u żewġt iħbieb irġiel tagħha jikru xi kmamar minn kantanta irtirata tal-opra f’Beijing. Iż-żgħażagħ fuq tagħhom jmorru kontra għadd kbir ta’ regoli mis-sid il-kera tagħhom tagħhom.  Huma jirritaljaw billi jagħmlu diversi trampi fuq il-mara anzjana, li minn naħa tagħha ma tagħtix każ. It-trampi tagħhom jiżdiedu, u jtwasslu għal ksur tal-fiduċja mill-inkwilini, iżda eventwalment iż-żewġ ġenerazzjonijiet jitgħallmu minn xulxin u tinħoloq rabta familjari bejniethom.


The World

Data u ħin: Il-Ħamis, 18 ta’ Frar, 2021, 7.30pm
Tul: 1hr 20min
Lingwa: Ċiniż b’sottotitli bl-Ingliż
Ċert: 12

Fil-Park Dinji ta’ Beijing, park ta’ tema li juri verżjonijiet żgħar ta’ monumenti famużi minn madwar id-dinja, wieħed mill-artisti, Tao (Zhao Tao), qed toħroġ ma’ gwardjan jismu Taisheng (Taisheng Chen). Madankollu, huma għandhom relazzjoni diffiċli, li huma mimlija għira u b’nuqqas taʼ komunikazzjoni. Filwaqt li Tao jifforma ħbiberiji ma’ artisti oħra, Taisheng jiżviluppa ammirazzjoni lejn Qun (Yi-qun Wang), mara li tipprova tingħaqad ma’ żewġha fi Franza. Minkejja d-differenzi tagħhom, Tao u Taisheng jipprovaw ikomplu r-relazzjoni tagħhom.

 

Ticket Information

Adult
€7
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
€6
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
n/a
Cert
n/a
Language
n/a
: