Happy Chinese New Year Film Festival 2022

Loading Events

Happy Chinese New Year Film Festival 2022

4 Frar 2022 @ 6:00 pm - 7:30 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 8 Frar 2022 at 7:30 pm

One event on 12 Frar 2022 at 5:00 pm

One event on 17 Frar 2022 at 7:30 pm

One event on 19 Frar 2022 at 5:00 pm

One event on 20 Frar 2022 at 9:00 pm

Il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar, 2022 – 6.00pm – The Taste of Rice Flower
It-Tlieta, 8 ta’ Frar, 2022 – 7.30pm – Never Stop
Is-Sibt, 12 ta’ Frar, 2022 – 5.30pm – Warm Hug
Il-Ħamis, 17 ta’ Frar, 2022 – 7.30pm – The Crossing
Is-Sibt, 19 ta’ Frar, 2022- 5.30pm – Go Brother! 2
Il-Ħadd, 20 ta’ Frar, 2022 – 9.00pm – Spring Tide

The Taste of Rice Flower

Cert: 12A
Duration: 1 hour 42 mins

The Taste of Rice Flower” hija storja ta’ omm u bint. Il-protagonista hija Ye Nan, mara etnika Dai li tirritorna fir-raħal twelidha wara snin bogħod mill-belt. Fiż-żmien tagħha ‘l bogħod, bintha ta’ 13-il sena kibret f’waħda ribelluża. Il-film jittraċċa kif Ye Nan u bintha jissieltu biex jerġgħu jingħaqdu flimkien, u jgħaqqdu mhux biss il-firda kulturali iżda wkoll dik emozzjonali.

Never Stop

Cert: 12A
Duration: 1h 38m

Tianyi Wu, żagħżugħ, atleta rebbieħ jirritorna lejn belt twelidu, bil-għan li jneħħi minn fuq moħħu l-falliment li ma rnexxilux jaqbeż lil eks sieħeb tiegħu, Chaoyue Hao. Imma hu ma jistenniex li jara li l-ħajja ta’ Chaoyue tinsab f’istat diżastruż.

Warm Hug

Cert: PG
Duration: 1 hour 52 mins

Iż-żagħżugħ Bao Bao għandu ossessjoni għal indafa u l-ippjanar, għalhekk jemmen li dan m’għandu x’jaqsam xejn mal-ħbiberija u l-imħabba. Iżda kollox isir taħlita stramba takummiedja meta jiltaqa’ maSong, persuna sinċiera, it-tabib newrotiku Jia, u l-ipokrita Wang.

The Crossing

Cert: 12
Duration: 1 hour 40 mins

Tistudja f’Hong Kong iżda tgħix f’Shenzhen (il-belt tal-port taċ-Ċina Kontinentali), Peipei qattgħet 16-il sena f’ħajjitha tivvjaġġa bejn dawn iż-żewġt ibliet. Biex tirrealizza l-ħolma li tara l-borra fil-Ġappun mal-akbar ħabiba tagħha, Peipei tingħaqad magrupp ta’ kuntrabandu u tuża l-identità tal-istudenta tagħha biex tgħaddi iPhones b’kuntrabandu minn Ħong Kong għal Shenzhen. Il-ħajja tal-familja u l-ħbiberiji tagħha jibdew jonqsu. Il-ħajja ta’ kuljum ta’ Peipei tibda titlef il-kontroll.

Go Brother! 2

Cert: 12A
Duration: 1 hour 45 mins

YANG Tingfeng u YANG Tingyu huma ħu u oħt. Il-familja YANG tgħix ħajja mhux paċifika, u saret saħansitra aktar turbulenti wara li membru tal-familja ġdid: LI Sheng, it-tifel tal-missier ‘step’ tagħhom Uncle LI ingħaqad magħhom. Iffaċjati minn mistieden mhux invitat ta’ LI Sheng, Tingyu ħassitha pjuttost spjaċevoli, iżda Tingfeng malajr sar aħwa inseparabbli maLI Sheng. Tingyu hija ansjuża li dan “l-ħuha falz” ħadilha l-“ħuha veru” tagħha. Fl-istess ħin, ir-relazzjoni bejn ommhom u Uncle LI wkoll iltaqgħet maproblemi, u l-familja riorganizzata kienet fil-periklu li tikrolla.

Spring Tide

Cert: 12A
Duration: 2 hours 4 mins

Il-ġurnalista Guo tgħix flimkien ma’ ommha u bintha fl-istess residenza. Ir-relazzjoni ta’ tliet ġenerazzjonijiet tidher plaċida iżda fil-fatt hemm korrenti ta’ ribelljoni u reżistenza qalila.

Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
€6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
China Cultural Centre members - €6

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a
: