Prestazzjoni Kontemporanja bil-Pjanu– Gabi Sultana

Loading Events
  • This event has passed.

Prestazzjoni Kontemporanja bil-Pjanu– Gabi Sultana

28 April 2016 @ 8:00 pm - 9:00 pm

Kontemporanju – Elettronika – ‘Prepared Piano’

Data u ħin: Il-Ħamis 28 ta’ April 2016, 8.00PM
Post: Studjow B (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Gabi Sultani, il-pjanista kontemporanja magħrufa fuq skala internazzjonali, ser tirritorna Malta fi tħejjija għal serata ta’ mużika, fejn ix-xogħlijiet ta’ Andy Akiho, Benjamin  Van Esser u Christopher Cerrone, fost artisti oħrajn, se jiffurmaw il-bażi ta’ espolorazzjoni mużikali. Iżda dan mhuwiex xi kunċert tradizzjonali, fejn is-siltiet jaqgħu taħt forma esklussivament klassika. Anzi, dan huwa programm li jfittex li jqarreb iż-żewġ realitajiet tekniċi tal-elettronika u ta’ dak li jissejjaħ, prepared piano.

Tgħid x’hemm lest għalina? Kompożizzjoni ta’ armonija, jew konfront bejn il-frekwenzi? It-tweġiba ma tinsab imkien għajr fi truf is-swaba tal-pjanista – pjanista li Albert Storace (Sunday Times of Malta) jiddeskrivi bħala ‘demonju ta’ enerġija, iżda wieħed ta’ artikulazzjoni impekkabli.’

Creative Team
Gabi Sultana

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Venue Information

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Tul ta' Ħin
60 min
Ċert
Kull età
Lingwa
Ingliż (preżentazzjonijiet)