Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Friends, Foes and Fireworks + Discussion with Directors

9 May 2019

€6 – €7

Data u Ħin: Il-Ħamis 9 ta’ Mejju, 7.30pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri għaqda taċ-ċinema)

“Lejlet l-ewwel tas-sena, it-tensjoni se tkun għolja.”

Riċentement, Fiona rċeviet dijanjosi relatata mas-saħħa li bidlitilha ħajjitha, allura biex tipprova ma tħossx l-iżolament u l-ansjetà li ġabet magħha, torganizza serata għal Lejlet l-Ewwel tas-Sena mal-eqreb ħbieb nisa tagħha. Madankollu, din is-serata ta’ ċelebrazzjoni malajr tibda tmur ħażin, minħabba li jibdew ħerġin tensjonijiet mill-passat, jerġgħu jqumu r-rivalitajiet ta’ qabel, u jiġu konfrontati veritajiet iebsin.

Il-grupp se jirnexxielu jgħaddi din is-serata flimkien? Jew se tisfaxxa l-ħbiberija tagħhom bl-istess rata li jinħaraq il-logħob tan-nar?

Miġbud f’serata waħda, l-aktar serata ta’ ġenn u għagħa fis-sena – Lejlet l-Ewwel tas-Sena – u kompletament improvizzat, Friends, Foes&Fireworks huwa dramm ambizzjuż li jesplora r-relazzjonijiet, l-imħabba u l-veritajiet li nippruvaw, iżda ma jirnexxilniex, inżommu għalina, mid-direttriċi Maltija-Awstraljana Sarah Jayne Portelli u Ivan Malekin.

Wara l-film, id-diretturi se jiddiskutu kif irnexxielhom jiffilmjaw film sħiħ f’serata waħda mingħajr skript, filwaqt li jirrispondu għal mistoqsijiet mill-udjenza.

 

Dettalji

Data:
9 May 2019
Prezz:
€6 – €7
Event Category:
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=Friends+Foes+and+Fireworks

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 75 minuta
Cert 12
Language Ingliż
Creative Team Sarah Jayne Portelli, Ivan Malekin (Direttur)
With the participation of Lara Deam, Whitney Duff, Asleen Mauthoor (Atturi)